Ġie diskuss | L-Ewwel Qari | Tieni Qari | Kumitat | Kunsiderazzjoni mill-ġdid fil-kumitat | Tielet Qari |
---|---|---|---|---|---|
Seduta Nru 537
-
24 Jan 2022
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 540
-
27 Jan 2022
Sessjoni Plenarja |
⦿ |
L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz huma sabiex il-Kostituzzjoni ta’ Malta telenka d-dmirijiet l-iktar importanti tal-Gvern ta’ Malta u dan sabiex is-Saltna tad-Dritt tissaħħaħ u jiġi mliġġem l-abbuż minn min imexxi l-pajjiż; li jiġi żgurat li ladarba l-Parlament jiġi xolt u jinħoloq Gvern interim, is-setgħat u d-dmirijiet ta’ Gvern temporanju jkunu limitati għal amministrazzjoni ordinarja u li ma tittieħed l-ebda deċiżjoni straordinarja mill-Gvern interim li torbot lil Kabinett futur b’miżuri li ma jistgħux jitwarrbu u li jiġi żgurat li l-gvern interim ma jabbużax mill-pożizzjoni tiegħu għad-detriment tal-Oppożizzjoni sabiex l-elezzjonijiet ġenerali jsiru b’mod ġust u xieraq; isir reat kull għemil li jsir bil-għan li l-amministrazzjoni tal-ġustizzja tiġi mfixkla; isir reat dak l-għemil ta’ uffiċjal jew impjegat pubbliku li jabdika dolożament mill-qadi ta’ dmirijietu; l-użu illegali u mhux awtorizzat ta’ riżorsi elettroniċi minn kwalunkwe uffiċjal jew impjegat pubbliku bil-ħsieb li ssir ħsara għall-erarju pubbliku jew għall-vantaġġ patrimonjali inġust jibda jitqies bħala reat kontra l-awtorità pubblika; kull sħubija ta’ assoċjazzjoni kriminali b’bixra mafjuża tkun meqjusa bħala delitt u għall-ewwel darba qed tingħata tifsira ta’ tali assoċjazzjoni mafjuża; biex il-Qorti Kriminali jkollha s-setgħa li toħroġ Ordnijiet tal-Ġid mhux Spjegat sabiex jiġu miġġielda b’mod ħafna aktar effettiv u effiċjenti r-reati tal-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni bil-għan li tintemm l-impunità iġġenerata minn dawn ir-reati; li jkun meqjus delitt kriminali l-aġir intenzjonali ta’ dak l-uffiċjal jew impjegat pubbliku li b’abbuż maħsub tal-awtorità tiegħu jikkommetti aġir jew ommissjoni bil-għan li joħloq vantaġġ għalih jew għal terzi jew biex joħloq preġudizzju jew ħsara jew dannu lil terzi; li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata billi jwieġeb għall-kumplessità li qed tevolvi tal-investigazzjonijiet kriminali f’reati serji ħafna bħal omiċidju volontarju, traffikar ta’ droga, tixħim, ħasil tal-flus, ġenoċidju, terroriżmu, kolp ta’ Stat u reati kontra s-sigurtà tal-Gvern, billi jestendi l-perjodu massimu ta’ arrest jew detenzjoni mill-massimu ta’ 48 siegħa għal massimu ta’ 72 siegħa, u dan biss wara l-kunsens tal-Maġistrat Inkwirenti bil-miktub; id-dritt fundamentali għal ġurnaliżmu ħieles għandu jkun ankrat fil-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-obbliġi pożittivi tal-Istat favur ġurnaliżmu ħieles u indipendenti huma mniżżla għall-ewwel darba fil-Kostituzzjoni ta’ Malta; biex jipprotegi lill-istampa, il-ġurnaliżmu u persuni oħra minn proċeduri u kawżi miġjuba kontra tagħhom u li għandhom l-effett li jiċċensuraw, irażżnu, jintimidaw u jwaqqfu l-libertà tal-espressjoni u l-parteċipazzjoni f’dibattitu dwar kwistjonijiet ta’ interess pubbliku.
Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek
Nru {{pl.Number}} {{pl|titleFilter:lang}}