Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

PR172635 - Tetra għall-Istrina from Parliament

Data 21.11.2017

“Kif għamilna s-sena l-oħra, din is-sena wkoll mill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, qed nagħtu s-sehem tagħna u nipparteċipaw f’din l-inizjattiva favur l-ambjent”.  Dan qalu l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, meta fil-binja tal-Parlament, ingħaqad mad-direttorat ta’ GREEN MT, fejn ġiet varata l-kampanja “Tetra għall-Istrina”.

L-Ispeaker faħħar l-inizjattiva tal-GREEN MT li permess ta’ dan l-avveniment ser jinġabru fondi bil-għan li jingħataw lill-Community Chest Fund.

Flimkien mal-Ispeaker Anġlu Farrugia, ingħaqdu l-Membri Parlamentari Clayton Bartolo u Frederick Azzopardi.

 


thumbnail

(I)  (II)  (III) 

Stqarrija għall-Istampa