| Ikkuntattjana |
| Fittex
Data 10.01.2018
L-Ispeaker Anġlu Farrugia għadda lill-Ombudsman ittra li huwa rċieva mingħand il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza dwar il-Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman.
Din hija l-prassi li tiġi segwita kull meta s-Sedja tirċievi korrispondenza li tirrigwarda xi materja li tkun taqa’ taħt xi wieħed miż-żewġ uffiċjali tal-Parlament, jiġifieri l-Ombudsman u l-Awditur Ġenerali, fejn l-ewwel titlob għar-reazzjoni tal-istess uffiċjali fir-rispett sħiħ lejn l-awtonomija tal-uffiċċju tagħhom.