Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru XXXVII tal-2025 - Att li jemenda l-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru 5)

L-Erbatax-il Leġislatura (2022 - 2026)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 18 Novembru 2025

Abbozz Nru 67 - Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali (Emenda Nru 6)

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma li jemendaw t-tifsira tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fil-Kodiċi Kriminali li kienet tirreferi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li ġiet imħassra, sabiex jipprovdi għal kategoriji ġodda ta’ allerti u verifiki tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen skont ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE, kif ukoll li jiġu emendati diversi artikoli tal-Kodiċi Kriminali bil-għan li tiġi imposta r-responsabbiltà kriminali għall-użu ħażin ta’ komunikazzjoni elettronika, għar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċess verbali, is-sostituzzjoni tal-kunċett tat-traffiku fil-persuni b’dak tal-kuntrabandu ta’ persuni u kif ukoll ir-reviżjoni tal-pieni mogħtija għal reati relatati mal-kuntrabandu ta’ persuni.

Mozzjoni Nru 171 - Att sabiex jemenda diversi artikoli fil-Kodiċi Kriminali, sabiex jintroduċi dispożizzjonijiet addizzjonali li jirregolaw u jimponu r-responsabiltà kriminali għall-użu ħażin mill-komunikazzjoni elettronika, jemenda d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċess verbali, jissostitwixxi l-kunċett tat-traffiku fil-persuni b’dak tal-kuntrabandu ta’ persuni u jimponi pieni għal reati relatati mal-kuntrabandu ta’ persuni, kif ukoll jagħti setgħat lill-Pulizija sabiex teżegwixxi allerti skont is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, Kap. 9