Ġie diskuss | L-Ewwel Qari | Tieni Qari | Kumitat | Kunsiderazzjoni mill-ġdid fil-kumitat | Tielet Qari |
---|---|---|---|---|---|
Seduta Nru 305
-
29 Jan 2025
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 309
-
11 Fra 2025
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 310
-
12 Fra 2025
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 312
-
17 Fra 2025
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 313
-
18 Fra 2025
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 314
-
19 Fra 2025
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 317
-
26 Fra 2025
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 319
-
06 Mar 2025
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 321
-
11 Mar 2025
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 322
-
12 Mar 2025
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 053
-
26 Mar 2025
Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi |
⦿ | ||||
Seduta Nru 054
-
01 Apr 2025
Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi |
⦿ | ||||
Seduta Nru 329
-
02 Apr 2025
Sessjoni Plenarja |
⦿ |
L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi jiffukaw fuq l-‘ingenere’ (aċċessi). L-Abbozz isegwi fuq il-linji tar-rakkomandazzjoni magħmula mill-Kummissjoni ta’ Venezja fl-Opinjoni tagħha tat-18 ta’ Dicembru 2018. Madankollu l-Abbozz ma jittrasferixxix it-tmexxija tal-aċċessi lill-Avukat Ġenerali kif suġġerit fl-imsemmija Opinjoni iżda ghall-fini ta’ checks and balances, jagħti lill-Avukat Ġenerali rwol aktar ċentrali u definit fl-aċċessi mingħajr ma jimpinġi fuq l-indipendenza tal-Maġistrati u tal-Imħallfin.
B’mod partikolari l-Abbozz:
(i) jipproponi miżuri sabiex il-proċeduri tal-aċċess jitħaffu u jitmexxew f’termini definiti u b’iżjed ġustizzja mal-persuni konċernati;
(ii) jiddistingwi bejn aċċess miftuħ fuq talba tal-Pulizija Eżekuttiva jew tal-Avukat Ġenerali skont is-subartikolu (1) tal-artikolu 546 tal-Kodiċi Kriminali u aċċess miftuħ fuq talba tal-privat dwar persuna suspettata skont is-subartikolu (4A) talistess artikolu u jobbliga lill-ilmentatur li jagħmel ir-rapport, iddenunzja jew il-kwerela flimkien ma’ talba sabiex jinfetaħ aċċess skont is-subartikolu 546(4A) li jirrikorri fl-ewwel lok għand il-Pulizija. L-abbozz jistipula li dik il-persuna tista’ imbagħad wara li jgħaddu sitt xhur tippreżenta rikors quddiem il-Qorti Kriminali sabiex titlob il-ftuħ ta’ aċċess, jekk l-investigazzjonijiet ma jkunux intemmu u fil-każ li la tkun ittieħdet deċiżjoni li tinbeda prosekuzzjoni u lanqas deċiżjoni li ma ssirx prosekuzzjoni. Fuq dak ir-rikors il-Qorti Kriminali għandha tisma’ lill-Pulizija Eżekuttiva, lill-ilmentatur, lill-persuna suspettata u xhieda oħra fil-magħluq dwar il-proċeduri tal-investigazzjoni u għandha tiddeċiedi jekk tippermettix aktar żmien sabiex tkompli l-investigazzjoni, tagħlaqx l-investigazzjoni jew tordnax illi jinfetaħ aċċess;
(iii) jistabbilixxi illi wara l-konklużjoni tal-aċċess il-Maġistrat jista’ wkoll, fuq talba ta’ persuna li tkun tqegħdet taħt eżami inġustament, jordna l-ħlas mill-ilmentatur abbużiv tal-ispejjeż tal-aċċess, mingħajr ħsara għal kwalunkwe rimedji oħra disponibbli fil-liġi;
(iv) jipproponi emendi sabiex ikun definit aħjar l-iskop tal-proċeduri tal-aċċess u l-funzjoni tal-Maġistrat f’dawk il-proċeduri fid-dawl ta’ dak li rritjenew il-Qrati, minn żmien għal żmien, dwar l-irwol tal-Maġistrat u l-ligijiet viġenti f’Malta;
(v) jiddisponi illi fi tmiem l-aċċess il-Maġistrat ma jibqax jordna li persuna titressaq il-Qorti iżda jindika li għandha tittieħed deċiżjoni mill-awtorità ta’ prosekuzzjoni kompetentidwar jekk għandhomx jinħarġu akkużi kriminali kontra dik il-persuna;
(vi) jipproponi miżuri konkreti għall-aħjar salvagwardja tad-drittijiet tal-persuni li jkunu suġġetti ta’ proċeduri ta’ aċċess u tal-vittmi tar-reati;
(vii) jinkludi dispożizzjonijiet bil-għan li jiżguraw il-valur għall-flus fl-ispejjeż peritali li xi drabi jidhru sproporzjonati u li jkunu involuti fil-proċeduri inkwistjoni;
(viii) mingħajr ma jiffissa limitu fuq il-ħlasijiet tal-esperti, jirregola t-termini tal-ħatriet tal-esperti b’mod partikolari f’każijiet fejn ikun mistenni illi d-drittijiet tal-espert se jeċċedu l-ħamsin elf euro (€50,000), u jinħtieġ illi l-esperti jkunu persuni fiżiċi u li jkunu għaddew minn proċess ta’ due diligence qabel ma jinħatru;
(ix) jafferma illi l-kriterju sabiex jinbeda aċċess fuq talba ta’ persuna privata huwa dak li jrid ikun hemm prova jew provi ammissibbli bħala evidenza quddiem qorti ta’ ġurisdizzjoni kriminali li juru illi sal-grad tal-probabbiltà, ir-reat seta’ twettaq minn persuna suspettata;
(x) jirregola r-relazzjoni bejn l-in genere u proċeduri oħra li awtoritajiet pubbliċi oħra jkunu meħtieġa li jmexxu dwar inċidenti ta’ ċerti tipi. Dan għandu jservi ta’ bażi għalleliminazzjoni tad-diffikultajiet li preżentement jżommu entitajiet bħall-Bureau għall-Investigazzjoni tas-Sikurezza fit-Toroq milli jibdew joperaw.
Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek
Nru {{pl.Number}} {{pl|titleFilter:lang}}