Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 13
Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda Varji Liġijiet dwar it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar Lura għal-Lista

Il-Ħmistax-il Leġislatura (2026 -)

Ġie diskuss L-Ewwel Qari Tieni Qari Kumitat Kunsiderazzjoni mill-ġdid fil-kumitat Tielet Qari
Seduta Nru 016  -  27 Lul 2026
Sessjoni Plenarja
⦿

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz huwa li jiġi żgurat li appell minn permess mogħti taħt il-liġi dwar l-ippjanar ma jiġix reżineffettiv minħabba l-eżekuzzjoni jew l-implimentazzjoni tal-permess qabel ma l-appell ikun ġie deċiż b’mod finali. Għal dan il-għan, l-Abbozz jistabbilixxi sospensjoni awtomatika tal-eżekuzzjoni tal-permess meta jiġi ppreżentat appell, u jipprovdi li dik is-sospensjoni tibqa’ fis-seħħ sakemm il-proċeduri relattivi jiġu determinati b’mod finali u d-deċiżjoni tkun saret res judicata.

L-Abbozz ifittex ukoll li jżomm bilanċ bejn il-ħtieġa ta’ rimedju effettiv u l-ħtieġa ta’ ċertezza għal min ikun kiseb permess, billi jipprovdi għal termini speċifiċi quddiem it-Tribunal u quddiem il-Qorti tal-Appell, għal notifika u preżentata elettronika, għal digrieti ta’ tmexxija tal-proċeduri, u għal setgħat proċedurali li għandhom jippermettu determinazzjoni aktar spedjenti tal-appelli.

Dan l-Abbozz jipprovdi wkoll għal emendi konsegwenzjali fl-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552) sabiex dan ikun konsistenti mas-sistema ta’ sospensjoni awtomatika tal-eżekuzzjoni ta’ permessi meta jiġi ppreżentat appell taħt l-Att dwar it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (Kap. 551).

Barra minn hekk, l-Abbozz jipprovdi wkoll għal reġistrazzjoni u annotazzjoni ta’ permessi li l-eżekuzzjoni tagħhom tkun sospiża, għal kontroll fuq avviżi ta’ bidu u ċertifikati ta’ konformità matul perjodi ta’ sospensjoni, għal konsegwenzi ta’ infurzar u reati f ’każ ta’ xogħlijiet jew użu bi ksur tas-sospensjoni, u għal mekkaniżmu limitat u motivat fejn il-Kabinett tal-Ministri jista’ jagħti deċiżjoni jew direzzjoni dwar is-sospensjoni f ’każijiet ta’ interess pubbliku prevalenti.

Mozzjoni Nru 49 - Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda Varji Liġijiet dwar it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek