| Ikkuntattjana |
| Fittex
L-għan ta' dan l-Abbozz huwa: (a) li jżid il-ġurisdizzjoni, minħabba l-valur tat-talba, tal-Qorti tal-Maġistrati tal-Pulizija Ġudizzjarja, bħala Qorti tal-ewwel grad, u tal-Qorti tal-Maġistrati tal-Pulizija Ġudizzjarja għall-Gżejjer ta' Għawdex u Kemmuna bħala Qorti ta' appell; (b) li jżid l-anqas ammont li hu meħtieġ għal mandat ta' arrest tal-persuna, ta' impediment tas-safar u ta' "meditatio fugae"; u li jipprovdi għal garanziji aktar iebsa kontra kredituri li jottjenu l-ħruġ ta' mandat bħal dak b'qerq jew mingħajr raġuni.
Il-ħtieġa li hemm il-lum li persuna ma għandhix ikollha proprjetà li tiswa £25 jew iżjed biex tkun tista' tikkwalifika għal għajnuna legali mingħajr ħlas se tiġi sostitwita bil-ħtiġiet li persuna ma għandhix ikollha proprjetà li tkun tiswa £500 jew iżjed u li ma taqlax u ddaħħal £500 fis-sena jew iżjed. Ukoll, kull espressjoni wżata fil-ligi b'referenza għal għajnuna legali mingħajr ħlas qed tiġi mibdula biex ikun jidher li dik l-għajnuna hija servizz soċjali Ii hu d-dmir tal-Istat li jipprovdi.
L-ismijiet tal-Ministri u ta' Kapijiet tad-Dipartimenti li jippreżentaw skritturi ġudizzjari jew li kontrihom jiġu preżentati skritturi ġudizzjari ma għandhomx għalfejn ikomplu jitniżżlu f'dawk l-iskritturi. iżda jkun biżżejjed li titniżżel il-kariga ta' dik il-parti fil-proċediment ġudizzjarju.
L-Abbozz fih ukoll dispożizzjonijiet li huma maħsuba li jissimplifikaw jew jissuplementaw ċerti regoli stabbiliti fil-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili; fl-ewwel kategorija, hemm dispożizzjoni li tissimplifika l-proċedura tal-appell meta tinqala' l-kwistjoni tal-kompetenza ta' qorti tal-ewwel grad "ratione materiae".
Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek
Nru {{pl.Number}} {{pl|titleFilter:lang}}