| Ikkuntattjana |
| Fittex
| Niżżel id-Dokument | |
| Ippubblikat | 24 Jannar 1978 |
L-Għan ewlieni ta' dan l-Abbozz huwa li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili sabiex tingħata s-setgħa lin-nutara tal-Gvern u lin-nutar fid-Dipartiment tal-Artijiet li jirċievu attijiet li fihom ikun parti korp magħqud imwaqqaf b'ligi.
L-Abbozz ukoll jemenda d-disposizzjoni dwar it-taħrig meħtieg qabel ma jingħata l-warrant għall-prattika bħala nutar pubbliku.
Emenda oħra li tinsab fi-Abbozz tolqot is-servizzi obbligatorji li għandhom jingħataw minn nutar pubbliku.
Fl-aħħarnett, l-Abbozz fih xi emendi oħra ta' anqas importanza.