| Ikkuntattjana |
| Fittex
| Niżżel id-Dokument | |
| Ippubblikat | 04 Marzu 1977 |
L-Għan ta' dan l-Abbozz huwa li jemenda l-Att tal-1956 dwar is-Sigurtà Nazzjonali, sabiex:
(i) iżid ir-rati tal-benefiċċju u tal-kontribuzzjonijiet;
(ii) mill-4 ta' April, 1977, jeħtieg li persuni li jimpjegaw lilhom infushom u persuni mhux impjegati jħallsu l-kontribuzzjonijiet mill-eta ta' 18-il sena u persuni mpjegati jħallsu il-kontribuzzjoni bir-rata tal-adulti minn dik l-eta;
(iii) mili-istess data, persuni assigurati jkunu jistgħu jirċievu benefiċċju għal mard, korriment u disimpieg mill-eta ta' 18-il sena;
(iv) idaħħal "żmien ta' stennija" ta' tlitt ijiem qabel ma jibda l-ħlas tal-benefiċċju għal mard, disimpieg u korriment;
(v) inaqqas in-numru ta' jiem tad-dritt għal benefiċċji għal mard, korriment
u disimpieg bin-numru ta' jiem ta' skwalifika li jistgħu jigu mposti skond id-disposizzjonijiet preżenti ta' dan l-Att.