| Ikkuntattjana |
| Fittex
| Niżżel id-Dokument | |
| Ippubblikat | 17 Marzu 1978 |
L-Għan ta' dan l-Abbozz huwa li jemenda l-Att dwar id-Dazju tas-Sisa fuq is-Sigaretti maħdumin bil-Makna sabiex jonqos l-ammont tad-dazju tas-sisa fuq sigarretti maħdumin bil-makna lokalment, u sabiex jipprovdi għall-ħrug jew għat-tiġdid ta' licenzi dwar sigaretti maħdumin bil-makna.
L-Abbozz jemenda wkoll l-Att prinċipali billi jagħti s-setgħa lill-Ministru li jippreskrivi b'regolamenti d-dritt li għandu jitħallas għall-ħruġ jew għat-tiġdid ta' liċenza.
L-Abbozz fih ukoll xi emendi konsegwenzjali oħra.