| Ikkuntattjana |
| Fittex
| Niżżel id-Dokument | |
| Ippubblikat | 20 Ġunju 1980 |
L-Għan ewlieni ta' dan l-Abbozz huwa li jipprovdi għall-ħlas ta' kumpens lil ċittadini Maltin li ġarrbu telf jew ħsara minħabba l-għargħar li laqtu l-Gżejjer Maltin f'Ottubru tas-sena l-oħra. lttieħdet l-okkażjoni sabiex jiġu likwidati ċerti fondi pubbliċi li l-għan oriġinali tagħhom intemm, u sabiex tiżdied ma' dawk il-flus id-donazzjoni ta' flus li ngħatat mill-Ġamahirija Għarbija Libjana għal għajnuna biex tittaffa t-tbatija li ġġarbet minħabba l-għargħar. Barra minn hekk il-Gvern se jikkontribwixxi somma li tkun daqs il-flus li jinkisbu mil-likwidazzjoni ta' dawk il-fondi.