Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru XXVI tal-1979 - Att dwar il-Pensjoni tal-Membri tal-Parlament

Ir-Raba' Leġiżlatura (1976 - 1981)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 14 Awwissu 1979

Abbozz Nru 108 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Pensjoni tal-Membri tal-Parlament

Għanijiet u Raġunijiet

L-Ghan ta' dan l-Abbozz huwa li jipprovdi għal ħlas ta' pensjoni lill-Membri tal-Parlament skond it-tul tas-servizz li dawn ikunu taw lil pajjiiżhom u skond il-ħlas li jitħallas lilhom minn żmien għal żmien. L-Abbozz għandu l-ħsieb li jibdel l-Att tal-1966 dwar Benefiċċji ta' Rtir għall-Membri tai-Parlament li bih Membri tal-Parlament jistgħu jirċievu biss benefiċċji stabbiliti li huma marbuta mal-għoli tal-ħajja kif kien fl-1966 u li għalhekk m'għadux aktar adegwat illum u iktar u iktar meta jgħaddi iktar żmien.

L-Abbozz ukoll idaħħal dwar Membri tal-Parlament il-prinċipju tal-Gvern li persuna m'għandhiex tirċievi pensjoni li tkun tammonta għal iktar minn żewġ terzi tas-salarju li jkun qed jitħallas għall-post tagħha meta tirtira.

Mozzjoni Nru 192 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Pensjoni tal-Membri tal-Parlament