Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 172
Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta Lura għal-Lista

Ir-Raba' Leġiżlatura (1976 - 1981)

Għanijiet u Raġunijiet

L-Għanijiet ta' dan l-Abbozz huma dawk murija fil-White Paper ippubblikata llum. B'mod partikolari l-Abbozz jipprovdi għal dan li ġej:
(1) Sabiex jipprojbixxi l-bejgħ ta' deheb kemm-il darba il-valur tiegħu fis-suq ma jkunx iżjed mill-valur tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni bil-għan li bil-mod il-mod il-valur tad-deheb ikun daqs il-valur tal-flus Maltin;
(2) Sabiex barra minn deheb il-Bank ikun jista' jinkludi mal-attiv barrani tiegħu metalli oħra prezzjużi u, b'limitazzjonijiet preskritti, commodities li jinbiegħu u jinxtraw fis-swieq internazzjonali u ishma ta' commodities ikkwotati;
(3) Sabiex jitwaqqaf fond, imsejjaħ Fond għall-Posterità, li fih jiġu trasferiti kull sena mill-inqas nofs il-profitti tal-Bank u li jista' jinfetaħ biex fih jipparteċipaw banek, korporazzjonijiet u korpijiet u persuni oħra;
(4) Sabiex jitwaqqaf Kumitat ta' Investiment li jkun responsabbli għat-tmexxija u l-kontroll tal-Fond għall-Posterità, u sabiex jifformula l-policy li għandha titħares mill-Bank fl-amministrazzjoni tal-attiv barrani tiegħu;
(5) Sabiex profitti li l-Gvern jagħmel mill-flus investiti fil-Fond għall-Posterità jiġu trasferiti f'kontijiet maħsuba għal kontribuzzjonijiet taħt l-Att tal-1956 dwar is-Sigurtà Nazzjonali, għal investimenti f'pajjiżi inqas żviluppati, għal għajnuna lil min jintlaqat minn diżastri naturali u għal spejjeż li għandhom x'jaqsmu mad-difiża, mat-tħaris tal-ambjent, u ma' proġetti infrastrutturali.

Mozzjoni Nru 302 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta

Att Nru XX tal-1981 - Att li jemenda l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek