| Ikkuntattjana |
| Fittex
| Niżżel id-Dokument | |
| Ippubblikat | 22 Ġunju 1984 |
L-Għan ta' dan l-Abbozz huwa prinċipalment li jagħti effett għall-proposti li saru fil-Budget u biex jagħmel dispożizzjonijiet konsegwenzjali dwar l-għoti ta' tnaqqis personali għall-finijiet ta' taxxa fuq l-income. L-Abbozz jipprovdi wkoll għat-tneħħija ta' sigritizza dwar dettalji ta' income u attiv kapitali. Hemm dispożizzjonijiet oħra dwar il-proċeduri għall-ġbir tat-taxxa u miżuri oħra amministrattivi.