Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 39
Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-setgħat tal-Kamra tad-Deputati Lura għal-Lista

Il-Ħames Leġiżlatura (1982 - 1987)

Għanijiet u Raġunijiet

L-Għan ta' dan l-Abbozz huwa biex jimla' ċerti lakuni mportanti li l-esperjenza wriet li jeżistu fil-liġi prinċipali. L-Abbozz jagħti s-setgħa lill-Kamra li tista' timxi kontra min jippubblika reżokont mgħawweġ jew falz fil-proċeduri tagħha jew verżjonijiet mgħawwġa ħafna ta' diskorsi tal-Membri. Dawn il-pubblikazzjonijiet huma ta' preġudizzju kbir għall-interess pubbliku u għad-dinjita u prestiġju tal-Kamra u tal-Membri tagħha.


L-Abbozz jagħti s-setgħa lill-Kamra li barra milli tagħti l-pieni, li tordna l-pubblikazzjoni ta' dikjarazzjonijiet korrettivi bl-istess mezz li fih ikunu ġew ippubblikati dawk ir-reżokonti mgħawwġin jew foloz.


L-Abbozz ukoll iżid il-pieni pekunjarji li jistgħu jingħataw mill-Kamra biex dawn ikunu aktar jaqblu maż-żminijiet tal-lum.

Mozzjoni Nru 66 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setghat tal-Kunsill tal-Gvern

Att Nru IV tal-1983 - Att li jemenda l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-setgħat tal-Kamra tad-Deputati

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek