| Ikkuntattjana |
| Fittex
| Niżżel id-Dokument | |
| Ippubblikat | 14 Marzu 1989 |
L-Għan ta' dan l-Abbozz hu sabiex jitqies fl-ikkalkular tal-ħlasijiet pensjonabbli dwar is-servizz mogħti minn membri li jkunu okkupaw il-kariga ta' Speaker, jew ta' Prim Ministru, jew ta' Ministru, jew ta' Segretarju Parlamentari, jew ta' Deputat Speaker jew ta' Kap ta' l-Oppoiżizzjoni, kull perjodu ta' żmien li matulu dawk il-membri jkunu okkupaw dik il-kariga għal perjodu ta' inqas minn ħames snin, jew xi tnejn jew aktar minn dawk il-karigi għal perjodu li b'kollox ikun ta' inqas minn ħames snin. L-Abbozz jipprovdi wkoll sabiex il-pensjonijiet li jingħataw taħt l-Att ta' l-1979 dwar ii-Pensjoni tal-Membri tal-Parlament għandhom jitqiesu pensjoni tas-servizz.