Niżżel id-Dokument | |
Ippubblikat | 22 April 1988 |
L-Għan ta' dan l-Abbozz huwa sabiex jipprovdi għal allowance ta' Ġenitur, allowance ghal Tifel Ħandikappat u benefiċċi oħrajn kif imħabbrin fil-Budget għall- 1988; sabiex jipprovdi ghal tibdil fil-funzjonijiet tal-Kumitat dwar Għajnuna Soċjali fir-rigward ta' hostels tal-Istat għall-kura u l-welfare ta' l-anzjani u ta' servizzi ta' kura/għajnuna għall-anzjani fid-djar u ħwejjeg li għandhom x'jaqsmu magħhom u sabiex jipprovdi għall-ħlas ta' kontribuzzjonijiet tat-Tieni Klassi fuq il-bażi ewlenija tal-income nett attwali riċevut.