| Ikkuntattjana |
| Fittex
| Niżżel id-Dokument | |
| Ippubblikat | 28 Lulju 1989 |
L-Għan ewlieni ta' dan l-Abbozz huwa biex jibdel id-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni billi jipprovdi li f'ċerti każi jkun hemm ċittadinanza doppja. L-Abbozz jipprovdi wkoll sabiex persuni mwelldin Malta ikunu biss jistgħu jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija jekk wieħed mill-ġenituri huwa ċittadin ta' Malta jew kien ċittadin ta' Malta li għandu libertà ta' moviment, jipprovdi wkoll għat-trasmissjoni taċ-ċittadinanza ukoll minn mara għal persuna oħra, u jagħmel ċerti dispożizzjonijiet oħrajn dwar l-irġiel jew in-nisa ta' ċittadini ta' Malta u persuni adottati.