Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru XXIII tal-1991 - Att dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' I-IIma

Is-Sitt Leġiżlatura (1987 - 1992)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 22 Novembru 1991

Abbozz Nru 163 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma

Għanijiet u Raġunijiet

L-Għan ta' dan l-abbozz huwa li jwaqqaf il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-llma bħala korporazzjoni pubblika biex tieħu ħsieb l-amministrazzjoni, inkluża l-provvista, produzzjoni, trattament, rimi u użu mill-ġdid ta' kull xorta ta' ilma. B'hekk dan is-settur ikun aktar effiċjenti u f'pożizzjoni aħjar biex jilħaq mal-ħtiġijiet ta' dawn il-Gżejjer u ta' l-iżvilupp tagħhom, u biex jilqa' l-isfida li jżomm il-pass ma' żviluppi oħra fil-futur. Il-ħtiega għal dan inħasset billi l-amministrazzjoni tal-ilma saret aktar speċjalizzata u professjonali, u minħabba l-ħtieġa għal metodoloġija sħiħa fl-użu tar-riżorsi tal-ilma u ta' l-ambjent kollu.

Mozzjoni Nru 271 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma