Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 135
Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u ta' Taħriġ Lura għal-Lista

Is-Sitt Leġiżlatura (1987 - 1992)

Għanijiet u Raġunijiet

L-Abbozz, b'mod ġenerali, jaħseb għat-twaqqif u tmexxija ta' servizzi ta' impieg u  taħriġ għall-ħaddiema u dawk li jaħdmu għal rashom sew fil-qasam industrijali kif ukoll f'dak terzjarju.

 

B'mod partikolari, l-Abbozz jipprovdi ghat-twaqqif ta' struttura indipendenti li tkun magħrufa bħala l-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol; għall-ħolqien ta' Korporazzjoni ta' Xogħo1 u Taħrig li, minn naħa 'l waħda, taqdi l-funzjoni tas-servizz ta' l-Impieg minn fondi pubbliċi li l-Kostituzzjoni trid li jkun hemm u, minn naħa l-oħra, li tassigura servizzi ta' taħriġ u taħriġ mill-ġdid, ta' apprendistat u ta' traineeship meħtieġa f'diversi oqsma biex il-ħaddiema u dawk li jaħdmu għal rashom jiġu mgħejjuna jiksbu, jiżviluppaw, itejjbu jew jaggornaw il-ħiliet u l-kompetenza fix-xogħol kif ukoll li tagħti għajnuna lil min ikun ifittex ix-xogħol.


L-Abbozz jaħseb ukoll biex jirregola aġenziji ta' l-impieg; it-tagħrif, statistika u dokumentazzjoni li għandhom x'jaqsmu mas-suq tax-xogħol; id-dispożizzjonijiet amministrattivi u finanzjarji dwar il-Korporazzjoni; il-poter ta' għemil ta' regolamenti u r-reati u pieni dwar nuqqas ta' osservanza tal-provvedimenti relattivi ta' dan l-Abbozz.

Mozzjoni Nru 222 - Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u ta' Taħriġ

Att Nru XXVIII tal-1990 - Att dwar is-Servizzi ta' Impieg u Taħriġ

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek