Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 170
Abbozz ta' Liġi dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp Lura għal-Lista

Is-Sitt Leġiżlatura (1987 - 1992)

Għanijiet u Raġunijiet

L-iskop ewlieni ta' dan l-Abbozz huwa li joħloq Awtorità indipendenti, li tkun magħrufa bħala l-Awtorità għall-Ippjanar, b'funzjonijiet u saħħa li tiżgura li l-iżvilupp isir biss skond pjanijiet ta' żvilupp, jiġifieri pjan ta' struttura u l-pjanijiet sussidjarji tiegħu.

L-Abbozz jipprovdi għall-arranġamenti amministrattivi meħtieġa għat-tħejjija tal-pjanijiet ta' żvilupp u s-seħħ u twettiq tagħhom. L-Abbozz jaħseb biex l-opinjoni pubblika tinstema sew fit-tħejjija kemm fit-twettiq tal-pjanijiet; u jipprovdi biex ikun hemm appell mid-deċizjonijiet ta' l-Awtorità fuq ħwejjeg li jolqtu l-kontroll ta' l-iżvilupp u  t-twettiq ta' dak il-kontroll.


L-Abbozz jissostitwixxi għal kollox it-Taqsima I tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija, l-Att tal-1988 dwar Permessi għall-Bini (Provvedimenti Temporanji) u dak li għadu jseħħ mill-Att tal-1983 dwar l-Arei għall-Iżvilupp tal-Bini. L-Abbozz jipprovdi wkoll għas-sostituzzjoni tat-Taqsima V tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija u jinkorpora fih id-dispożizzjonijiet essenzjali ta' l-Ordinanza dwar l-Estetika tal-Bini.

Mozzjoni Nru 282 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp

Att Nru I tal-1992 - Att dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek