Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Notary Emanuel Agius

Lura għal-Lista

Kondoljanzi (5 Diċ 1976)

Estratt mis-Seduta Parlamentari 5 tar-Raba' Leġislatura tat-Tnejn 6 ta' Diċembru 1976

KONDOLJANZI

ONOR. GIORGIO BORG OLIVIER (Kap tal-Oppożizzjoni): Sur President, naħseb li l-Onor. Membri taż-żewġ naħat jaqblu miegħi, meta jien u l-kollegi tiegħu hawn infissru d-dispjaċir tagħna meta smajna bil-mewt ta' Manuel Agius, in-Nutar, ex-Deputat tal-Parlament. Kollega simpatiku għaż-żewġ naħat, kulħadd kien jammira kwalitajiet fih u aħna verament iddispjaċina meta smajna n-notizja tal-mewt tiegħu. Nixtieq infisser lill-mara tiegħu u lit-tfal id-dispjaċir tagħna, kondoljanzi sinċieri u nixtiqulhom l-għomor u ngħidulhom li aħna niftakru fih fit-talb tagħna.

ONOR. JOSEPH CASSAR: Mr Speaker, nixtieq nassoċja ruħu mas-sentimenti ta' simpatija u ta' kondoljanzi li għadu kif esprima l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u f'ismi u f'isem sħabi ta' din in-naħa, nixtieq illi nwassal dawn is-sentimenti ta' kondoljanzi lill-familja tan-Nutar Agius li jiena nafu f'din il-Kamra. Kien tip simpatiku ħafna, kellu humour ħafna, kellu anke l-kwalitajiet tiegħu bħala Membru - apparti l-humour ta' din il-Kamra. Kien bniedem sinċier, bniedem onest, kien lest biex jaqdi bl-aħjar kapaċitajiet li kellu d-doveri u r-responsabilità ta' membru ta' din il-Kamra. Għalhekk jien sinċerament bħala ħabib tiegħu assoċjajat ruħi mas-sentimenti ta' kondoljanzi tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni.

MR SPEAKER: Jien ċertament nassoċja ruħi mas-sentimenti espressi kemm mil-Kap ta' l-Oppożizzjoni, kif ukoll mill-Onor. Dr Cassat. Lin-Nutar Agius jien nafu personalment. Kien raġel minn tagħna, prudenti u nista' nwiegħedkom li l-Clerk of the House f'ismi u f'isem il-Membri ta' din il-Kamra jibgħat il-kondoljanzi lill-familja tiegħu.

Electoral History

L-Ewwel Leġiżlatura (1962 - 1966)
Link to Member's page in legislature
Ġie elett: 18.02.1962
Ġurament tal-Ħatra: 26.04.1962
Xoljiment tal-Parlament: 15.02.1966