Skip to main content
Parlament ta' Malta
Lingwa: en   |  Fittex  |  Ikkuntattjana

Lingwa: en   |  Fittex  |  Ikkuntattjana

Mr Coronato Attard

Lura għal-Lista

Kondoljanzi (3 Mej 1993)

Estratt mis-Seduta Parlamentari Nru 131 tas-Seba' Parlament tat-3 ta' Mejju 1993

KONDOLJANZI

ONOR. UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Kif taf il-Kamra, miet is-Sur Coronato Attard li għal ħafna żmien kien Deputat f'din il- Kamra. Għal ħafna snin jien kont Deputat miegħu, kont ħabib tiegħu u stajt napprezza mill- qrib id-doti tiegħu li ma kenux jagħtu fil-għajn. Ma kienx bniedem li wieħed jaqra ħafna fuqu fil-gazzetti; ma kienx bniedem li jattira bl- elokwenza tiegħu, imma kellu elokwenza ta' tip ieħor, mhux tad-diskorsi. Fil-fatt wieħed seta' jara kemm kien igawdi l- fiduċja tal-poplu li kien jafu, jiġifieri dak tan-Nadur u ta' kull min kien jiġi in contact miegħu. Ilkoll kienu jifhmu li kien bniedem ta' fidi soda w li kien bniedem li kont toqgħod fuq kellmtu. Fl-aħħar mill-aħħar ngħid li dan kien bniedem li fih innifsu kien garanzija ta' serjeta'.

Lil dan il-bniedem niftakru f'diversi okkażjonijiet. Kemm f'din il-Kamra kif ukoll fil- ħajja politika tiegħu, minn dejjem kont nagħraf lill-Onor. Coronato Attard bħala bniedem li kellu fih sentimenti fini u li kien jagħti l-kelma tiegħu a favur is-soluzzjoni t-tajba mingħajr ħafna diskorsi fit- tul. Spiss niftakar li dan il- bniedem kien jagħmel dawn l- affarijiet b'mod li jikkonvinċi lil kulħadd aktar u aktar meta jkun qiegħed jittratta il-materja skond ma tiddettalu l-istess kuxjenza tiegħu. Fil-fehma tiegħi Coronato Attard kien bniedem li l-karriera politika tiegħu kienet illustrat il-karriera ta' ħajtu u aktar minn hekk ngħid li dan kien bniedem li l- poplu kellu għalfejn jivvota lilu. Dan kien dovut għax hu kien jara fihom nies ġentili, nies li verament tista' tafda fihom u nies li fil-ħajja tagħhom - kemm privata u kemm dik pubblika - kont issib li għandhom morali soda.

Dan il-bniedem li kien missier l-Onor. Giovanna Debono, rabba familja kbira. Dan kien missier ta' familja li fiha nsibu membru tal-Kleru. Naħseb li dan kien bniedem li kemm f'din il-Kamra u kemm fil- ħajja tiegħu bħala bennej kien persuna li jaf jagħti eżempju tajjeb lil kulħadd u allura meta bniedem tal-politika bħalu jissalutah b'mod li ma jsibx xi jgħid fuqu ħlief ġid, naħseb li nkunu qegħdin nagħmlu fatt omaġġ lill-professjoni politika li ħafna drabi aktarx tiġi denegrata, mentri fiha nfisha ssib li din hija professjoni ta' sagrifiċċju u ta' dedikazzjoni għal ħajja tan- nazzjon.

MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): Grazzi. Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.

ONOR. ALFRED SANT (Kap tal-Oppożizzjoni): Ma kellix l-unur li nkun naf lis- Sur Coronato Attard mill-qrib, imma bla riżerva ta' xejn nixtieq ningħaqad mal-kollegi tiegħi u ngħaqqad l-istess fehmiet u l-istess sentimenti ta' din in-naħa tal-Kamra ma' dawk is-sentimenti li għadna kif smajna min-naħa ta' l-Aġent Prim Ministru, biex b'hekk nikkommemoraw kif jixraq lill- persuna li għalkemm politikament ma konniex naqblu magħha, xorta waħda naċċettaw il-fatt li din il-persuna għandu jkollha r-rispett tal-Maltin u l-Għawdxin kollha għax-xogħol li għamlet u d-dmirijiet li wettqet matul ħajjitha.

Kull darba li niġu ffaċċjati bil-mewt ta' xi ħadd li ta s-sehem tiegħu għall-ħajja politika ta' pajjiżna, insostnu li huwa d-dmir tagħna li nagħtuh ġieħ u qima u nfissru wkoll bl-aktar mod ċar is- simpatija u s-solidarjeta' tagħna lejn il-familja tiegħu u ċertament lejn il-kollega tagħna, f'dan il-każ l-Onor. Giovanna Debono. Min-naħa tagħna nagħtu l-għomor u l- kondoljanzi sinċieri tagħna lilha u lill-familja tagħha għax huwa ta' importanza, speċjalment fil-każ tal-mewt ta' personalitajiet mill-gżira Għawdxija, li nesprimu r- rispett u s-sentimenti ta' sogħba b'mod li l-ħin kollu nuru s-solidarjeta' tagħna mal- ħidma u l-kontribut li jkunu taw lill-ħajja politika Maltija. M'hemmx dubju li l- personalita' li qed nikommemoraw illejla hija personalita' li bl-aktar mod sinċier u rispettat, tat sehem denju ta' wirt f'Għawdex.

MR SPEAKER: Grazzi. Jiena wkoll ningħaqad mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal- Kamra u ninkariga lill-Iskrivan tal-Kamra biex iwassal il- kondoljanzi lill-familja Attard, partikolarment lill- Onor. Giovanna Debono.

 

Electoral History

L-Ewwel Leġiżlatura (1962 - 1966)
Link to Member's page in legislature
Ġie elett: 18.02.1962
Ġurament tal-Ħatra: 26.04.1962
Xoljiment tal-Parlament: 15.02.1966
It-Tieni Leġiżlatura (1966 - 1971)
Link to Member's page in legislature
Ġie elett: 31.03.1966
Ġurament tal-Ħatra: 25.04.1966
Xoljiment tal-Parlament: 24.04.1971
It-Tielet Leġiżlatura (1971 - 1976)
Link to Member's page in legislature
Ġie elett: 17.06.1971
Ġurament tal-Ħatra: 16.08.1971
Xoljiment tal-Parlament: 13.08.1976
Ir-Raba' Leġiżlatura (1976 - 1981)
Link to Member's page in legislature
Ġie elett: 25.09.1976
Ġurament tal-Ħatra: 24.11.1976
Xoljiment tal-Parlament: 09.11.1981