Skip to main content
Parlament ta' Malta
Lingwa: en   |  Fittex  |  Ikkuntattjana

Lingwa: en   |  Fittex  |  Ikkuntattjana

Dr Albert Borg Olivier de Puget

Lura għal-Lista

Ktejjeb tal-Kommemorazzjoni

TIFKIRA TA’ ALBERT BORG OLIVIER DE PUGET FIL-KAMRA TAD DEPUTATI

PARLAMENT TA’ MALTA

15 ta' April 1932 - 8 ta' Awwissu 2017

Membru tal-Kamra tad-Deputati bejn il-31 ta' Marzu 1966 u d-9 ta’ Novembru 1981

Albert Borg Olivier de Puget

Ġurament ta' Lealtà

L-EWWEL DISKORS TA’ ALBERT BORG OLIVIER DE PUGET FIL-KAMRA TAD-DEPUTATI
PARLAMENT TA’ MALTA

ESTRATT MIS-SEDUTA NUMRU 7 TAS-6 TA’ MEJJU 1966
IT TIENI LEĠIŻLATURA
L EWWEL SESSJONI

INDIRIZZ B’RISPOSTA GĦAD-DISKORS TAL-EĊĊELLENZA TIEGĦU L-GVERNATUR ĠENERALI

ONOR. DR A. BORG OLIVIER DE PUGET: Jien sejjer inqum l-ewwel darba u nitkellem għaliex inħoss, bħal ħafna oħrajn minn sħabi f’din il-Kamra - u dawn naħseb li huma fuq iż-żewġ naħat - li għalkemm aħna ġodda, għandna nagħtu l-kontribut, dak li nistgħu nagħtu, lil dan il-Parlament biex anke aħna, bil-kontribut żgħir tagħna, inkunu nistgħu ngħidu li kkontribwejna ftit lejn dan il-Parlament u li dan il-Parlament għandu jkun tassew Parlament nazzjonali ta’ poplu matur u ċivilizzat, biex meta jasal mill-ġdid iż-żmien tal-elezzjoni, ikollna aħna wkoll id-dritt li nerġgħu mmorru quddiem il-poplu biex jiddeċiedi huwa jekk għoġobnihx jew le. Imma almenu jkollna d-dritt ngħidu, għoġobnih jew le, li l-parti tagħna għamilniha mill-aħjar li stajna. Hekk ukoll ħadd ma jkun jista’ jattakkana, lilna tan-naħa tal-Gvern, li konna fil-Parlament biex insaħħnu s-siġġijiet jew biex ħrabna mir-responsabilitajiet tagħna, responsabilitajiet li tana l-poplu. B’hekk nuru li aħna l-mandat tal-poplu naċċettawh.

Jien ninsab kuntent li hawn biss żewġ Partiti f’dan il-Parlament, u dejjem sostnejt hekk. Jekk f’Malta hawn persuna li dejjem sostniet li ħafna partiti żgħar iservu biss biex ifixklu u biex itawlu u biex iħawdu l-proċess evoluttiv, jien nista’ ngħid b’wiċċi minn quddiem li jien kont dejjem nifforma parti minn dan il-kurrent għaliex dejjem sostnejt li ħafna partiti ma jistgħux ikunu ta’ ġid għall-iżvilupp tad-demokrazija u għall-progress ta’ nazzjon ġdid fl-indipendenza li qiegħed jipprova jersaq għal vijabilità ekonomika.

Jien ninsab kuntent ħafna li hawn biss f’dan il-Parlament żewġ partiti però din is-sitwazzjoni mhix xi ħaġa ġdida għal Malta. Malta bdiet tidra tkun iggvernata u amministrata minn Gvernijiet b’maġġoranza assoluta sa minn żmien qabel dan u jien, li nifforma parti mill-grupp Nazzjonalista, kuntent mhux biss li qegħdin hawn b’maġġoranza assoluta imma kuntent ukoll li aħna żidna l-forza tagħna f’dan il-Parlament. U jien kuntent b’dan għaliex Malta għandha bżonn ta’ Gvern sod, għandha bżonn ta’ Gvern stabbli. Meta l-poplu tana din il-maġġoranza, huwa kkonferma li dan il-Gvern huwa l-Gvern li ried il-poplu u jikkonferma dak li hemm fl-iSpeech from the Throne, voldieri li l-poplu Malti kien kuntent bl-amministrazzjoni ta’ qabel u wkoll li kien kuntent li jerġa’ jafda l-amministrazzjoni tal-pajjiż f’idejn il-Gvern Nazzjonalista.

Jien sejjer nipprova nikkummenta ftit fuq l-iSpeech from the Throne però mhux sejjer nipprova nagħmel review sħiħa kif għamel l-Onor. Kap tal-Oppożizzjoni, għaliex aħna sejrin nirrispondu kull wieħed minna fuq suġġett li għażel u b’dan il-mod ikun hemm risposta ċara fuq kollox. Għalhekk jien sejjer nillimita ruħi għal aspett li għalih hemm riferenza kemm fl-iSpeech from the Throne kif ukoll fl-emenda mressqa quddiem din il-Kamra mill-Onor. Kap tal-Oppożizzjoni:

“.... il-Ministri tiegħi jħarsu lejn il-futur b’fiduċja u tama. Huma deċiżi li joffru l-enerġija tagħhom kollha u li jagħmlu kull sforz biex jegħlbu dawk il-problemi u jaqdu dawk ir-responsabilitajiet fl-aħjar interessi ta’ pajjiżna. Kif jafu tajjeb l-Onor. Membri, dawn jirrikjedu li aħna niksbu vijabilità ekonomika fl-iqsar żmien possibbli.

B’din il-konsiderazzjoni suprema quddiemhom, il-Ministri tiegħi jkomplu jkabbru u jinkoraġixxu klima ta’ opinjoni favorevoli għall-investiment fis-setturi kollha, investiment li diġà ta kontribut hekk kbir għall-iżvilupp ekonomiku u għall-impiegi ġodda kemm attwali kif ukoll potenzjali.”.

Aħna nemmnu illi biex ikun hawn dan l-investiment hemm bżonn li jkun hawn Gvern sod u l-poplu Malti wera li jaf bil-bżonn u għaraf il-bżonn li jkun hawn stabilità politika. L-Oppożizzjoni qiegħda tgħid, fl-emenda tagħha, li huma jiddispjaċihom minn:

“the failure of the Nationalist Government to give Malta the necessary lead for the speedy and successful solution of her grave economic problems:”.

Liema lead riedu aktar l-Oppożizzjoni milli kellu l-poplu Malti f’dawn l-aħħar erba’ snin? Xi gwida aħjar milli kellu dan il-poplu mill-Gvern Nazzjonalista jistgħu jippretendu li seta’ jagħti dan il-Gvern? Kien proprju mil-lead tal-Gvern Nazzjonalista u mill-gwida li ta dan il-Gvern, li kien Gvern ta’ maġġoranza u progress deċiżiv, li l-poplu Malti seta’ jirbaħ mingħajr ġlied u mingħajr tixrid ta’ demm imma biss b’diskussjonijiet kostituzzjonali li wassluna għall-Indipendenza u l-Partit Nazzjonalista kien waħdu li kkumbatta għaliha.

Meta jien interrompejt lill-Onor. Kap tal-Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu rigward dan il-punt, għidtlu li meta Malta kienet kolonja kellha partit wieħed biss li seta’ jissejjaħ nazzjonalista u li kien qiegħed jiġġieled għall-indipendenza, mentri l-partiti f’kolonji oħra kollha għamlu piki bejniethom min minnhom ikun l-aktar nazzjonalista u kienu uniti quddiem il-Gvern Ingliż. Il-poplu Malti kellu jgħaddi mija u ħamsin sena b’partit wieħed biss li kien dejjem jiġġieled għall-indipendenza. Dan il-partit li kien nazzjonalista kien kemm-il darba jara partiti oħra jitwieldu wieħed wara l-ieħor apposta biex ifixklu lill-Partit Nazzjonalista u biex il-poplu Malti ma jkun qatt indipendenti. Imma din id-darba l-poplu Malti ddeċieda li l-indipendenza jeħodha u dan għaliex iż-żmien tagħha kien wasal u din id-darba l-poplu Malti poġġa lill-Partit Nazzjonalista waħdu fil-Gvern u dan ġieb l-Indipendenza għaliex kien sod u magħqud imexxi waħdu biex jakkwista l-Indipendenza.

Il-Partit Nazzjonalista kellu jiġġieled bis-sħiħ mhux biss kontra l-Gvern Ingliż imma kellu anke oppożizzjoni lokalment u kulħadd jaf dak li sar hawn Malta fil-kampanja rigward l-indipendenza. Għalhekk kulħadd kien jara li Malta kellha bżonn ta’ stabilità politika u dan kien l-akbar rekwiżit ta’ nazzjon li għadu kif akkwista l-Indipendenza. Wara li Malta ħadet l-indipendenza, il-Gvern Nazzjonalista amministra għal erba’ snin sħaħ fil-paċi u l-ordni, mingħajr strikes, mingħajr ġlied u dan għaliex kellna stabilità politika. Għaliex kellna stabilità politika li aħna rnexxielna nagħmlu ftehim finanzjarju mal-Gvern Ingliż għal għaxar snin li ggarantixxa ftehim li seta’ jassigura li min ikun fil-Gvern, kienx il-Partit Nazzjonalista jew Partit ieħor li seta’ tela’, ikollu moħħu kwiet biex jippjana l-ekonomija tal-pajjiż u b’dan il-mod seta’ jaħdem pjan ekonomiku li matul l-għaxar snin wara l-Indipendenza, il-funds għal investiment ikunu assikurati; nafu l-flus minn fejn ġejjin u b’hekk nistgħu nagħmlu l-pjanijiet tagħna biex Malta tasal għal vijabilità ekonomika li għandha tkun mera għal kull Gvern li jista’ jkun hawn f’Malta. Kienet proprju l-istabilità politika li ġab il-Gvern Nazzjonalista - li ġibed l-ammirazzjoni ta’ kulħadd, ammirazzjoni ta’ kummentaturi politiċi tal-gazzetti kollha ta’ kull kulur - li ġabet lejn Malta ditti kbar ta’ fama internazzjonali li ddeċidew li jagħżlu lil Malta, minflok pajjiżi oħra, bħala l-pajjiż fejn jinvestu flushom biex b’hekk jagħtu x-xogħol lill-ħaddiema Maltin, flok marru f’partijiet oħra tal-Mediterran li kienu lesti biex jilqgħuhom u għamlu minn kollox biex jirbħu dawk il-kapitali.

Kienet l-istess stabilità politika li ġabet finanzjieri kbar, bħal fil-każ tal-istudju tal-freeport meta ġew nies li kulħadd jaqbel li huma nies li fejn jersqu huma ħadd ma jista’ jmaqdarhom. Kienet din l-istabilità li rnexxielha twassal f’dan il-pajjiż nies li lesti biex jinvestu kapitali kbar f’Malta a preferenza ta’ pajjiżi oħra għax dawn l-ewwel ma jfittxu, meta jkunu jridu jinvestu, huwa pajjiż li jkun sejjer iżomm il-kwiet u li fih ikun hemm klima ta’ paċi biex ma jisfrattawx il-kapitali tagħhom.

Kieku ma kenitx din l-istabilità politika li l-Gvern Nazzjonalista biss jaf jagħmel, għax gvernijiet oħra li kienu qabilna fil-poter u li kellhom maġġoranza assoluta, fil-maġġoranza assoluta li kellhom ma kenux kapaċi joħolqu fil-pajjiż arja ta’ stabilità u jiġbdu lejn Malta dawk l-investimenti ta’ kapitali ...

ONOR. DR A. ABELA: L-istabilità ta’ skjavi ma ġibnihiex. (Interruzzjonijiet)

ONOR. DR A. BORG OLIVIER DE PUGET: Qalu li għamlu l-industrial estate. Mhux veru. Taħt il-Gvern Laburista l-industrial estate baqa’ fuq il-pjanti. Kien taħt il-Gvern Nazzjonalista ...

ONOR. MEMBRU: Mhux veru.

ONOR. DR A. BORG OLIVIER DE PUGET: ... meta l-fabbriki nbnew.

ONOR. DR J. ABELA: Waħda mill-ħrejjef.

ONOR. DR C. CARUANA: Tat-tapiti għamiltu intom.

ONOR. DR A. BORG OLIVIER DE PUGET: Bil-kelma “lead” nifhmu li l-Gvern għandu joħloq klima tajba ta’ paċi biex il-poplu jkollu fiduċja fil-Gvern, u fiduċja fil-Gvern ikun hemm ukoll mill-barranin li jkunu qed ifittxu u jaraw f’liema pajjiżi għandhom fiduċja biex jinvestu flushom. (Interruzzjonijiet)

Il-Gvern għandu joħloq fiduċja l-ewwelnett fil-poplu tiegħu u fin-nies ta’ barra li jkunu jridu jinvestu fil-pajjiż u dik il-fiduċja ħoloqha l-Gvern Nazzjonalista għax kien meta kellna Gvern Nazzjonalista li Malta rat għall-ewwel darba s-self lokali ... (Interruzzjonijiet)

ONOR. DR C. CARUANA: Dik famuża. Huma jgħidu: “Ittuhomx”.

ONOR. DR A. BORG OLIVIER DE PUGET: Fi tliet sigħat ġie sottoskritt mill-poplu Malti ... (Interruzzjonijiet)

ONOR. DR C. CARUANA: Intom telliftuhom dawk il-miljuni fil-Bank ta’ Malta.

ONOR. DR A. BORG OLIVIER DE PUGET: Jekk dik mhix lead, allura x’lead aktar jistennew? Kienet l-istabilità politika li kull naħa tal-Kamra titkellem fuqha u li tgħid li hija l-ewwel rekwiżit għal pjan tal-iżvilupp. Kienet dik l-istabilità li kien kapaċi joħloq il-Gvern Nazzjonalista li wasslet lill-poplu Malti biex ikun jista’ jara preżenti fostu l-bażi Ingliża, mhux b’titolu ta’ okkupazzjoni u kolonjaliżmu, imma bi trattat ... (Onor. Membri: Hear, hear)

ONOR. DR J. MICALLEF STAFRACE: Collusion and blackmail.

ONOR. DR A. BORG OLIVIER DE PUGET: ... għax il-Gvern Malti jirrifletti l-veduti ta’ dak li trid il-maġġoranza tal-Maltin u sakemm il-poplu jibqa’ fil-maġġoranza tiegħu jrid l-alignment mal-West u difiża garantita mill-Punent, il-Partit Nazzjonalista, dawk it-trattati li fforma jibqa’ josservahom. Il-Partit Nazzjonalista hu dak il-partit li ta dak il-lead lill-pajjiż biex ikun deċiżivament mal-pajjiżi tal-Punent. (Interruzzjonijiet)

ONOR. MR P. CARACHI: Ħobż.

MR SPEAKER: L-Onor. Sur Carachi hu sospiż għal żewġ minuti.

L-Onor. P. Carachi rtira.

The Hon. P. Carachi withdrew.

ONOR. DR A. BORG OLIVIER DE PUGET: Aħna m’aħniex marbutin mat-trattati ta’ difiża tal-West għax irridu l-flus, jew l-ikel tal-CARE, jew għax għandhom bżonna jew aħna għandna bżonnhom, imma għax aħna nħossu li aħna nifformaw parti naturali mill-West u li postna hu hemm u, sakemm dawn ikunu kuntenti jilqgħuna fil-kunsilli tagħhom, kif laqgħuna fil-Kunsill tal-Ewropa u kif assoċjawna man-NATO, sakemm ikunu lesti biex jaċċettaw lil Malta bħala pajjiż Ewropew bl-istess tradizzjonijiet u ċiviltà tagħhom, lill-poplu Malti nibqgħu nagħtuh il-lead u dawn in-nazzjonijiet nibqgħu maġenbhom għax dak li hemm fit-tradizzjonijiet Maltin, dak li nemmnu hu l-iskop tal-istess eżistenza tal-Ewropa libera, tal-Ingilterra u tal-Commonwealth. (Onor. Membri: Hear, hear)

Kondoljanzi (15 Apr 1932 - 8 Aww 2017)

Estratt mis-Seduta Parlamentari Nru 21 tat-Tlettax-il Parlament tat-Tnejn 2 ta' Ottubru 2017

KONDOLJANZI

ONOR. CHRIS FEARNE (Deputat Prim Ministu u Ministru għas-Saħħa): Sur President, f’din l-ewwel seduta wara l-vaganzi tas-sajf nixtieq nieħu l-opportunità biex f’isem il-Gvern, nestendi l-kondoljanzi tagħna lill-qraba u l-ħbieb tal-mibki Albert Borg Olivier de Puget, li ħalliena fl-għomor ta’ 85 sena f’Awwissu li għadda. Qed nara xi wħud mill-familjari tiegħu fl-iStrangers Gallery u għaldaqstant insellmilhom.

Dr Albert Borg Olivier de Puget kien Membru Parlamentari għal 15-il sena, preċiżament bejn l-1966 u l-1981. Dan ifisser li huwa kien ġie elett tliet darbiet konsekuttivament; l-ewwel fl-1966, u allura fit-Tieni Leġiżlatura ta’ dan il-Parlament, imbagħad fl-1971 u mbagħad fl-1976. Dr Borg Olivier de Puget mhux biss kien membru attiv fuq il-banek tal-gvern u tal-oppożizzjoni imma kien ukoll Whip, l-ewwel fuq in-naħa tal-Gvern, imbagħad fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni għax bejn l-1966 sal-elezzjoni tal-1971 kien il-Whip tal-Grupp Parlamentari li kien fil-Gvern, imbagħad kien il-Whip tal-Oppożizzjoni bejn l-1971 u l-1974.

Dr Borg Olivier de Puget kien avukat u fl-1983 kien inħatar Maġistrat u eventwalment sar ukoll Ambaxxatur ta’ Malta għal Pariġi u dan l-aħħar Ambaxxatur ta’ Malta f’Washington.

Lil Dr Borg Olivier de Puget jien ma kellix il-pjaċir li nkun nafu personalment però apparti milli kien Membru Parlamentari bħali, huwa kien ukoll Aloysian, jiġifieri kien imur il-Kulleġġ ta’ San Alwiġi fejn kont immur jien u anke l-Prim Ministru Joseph Muscat. Għalhekk, f’isem sħabi l-Membri Parlamentari tan-naħa tal-Gvern, nestendi l-kondoljanzi tagħna lill-qraba ta’ Dr Albert Borg Olivier de Puget. Nirringrazzjak. (Onor. Membri: Hear, hear)

L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Grazzi. L-Onor. Mario de Marco.

ONOR. MARIO DE MARCO: Sur President, ningħaqad mad-Deputat Prim Ministru biex f’isem l-Oppożizzjoni, nagħti l-għomor lill-familja ta’ Dr Albert Borg Olivier de Puget.

Dr Borg Olivier de Puget ġej minn familja illustri fil-politika iżda apparti milli kkontribwixxa fil-qasam politiku ta’ pajjiżna, ikkontribwixxa wkoll f’oqsma oħrajn. Fil-fatt, naħseb li wieħed jista’ jaqsam il-karriera ta’ Dr Borg Olivier de Puget fi tlieta; il-ħajja politika; il-ħajja ta’ ġudikant; u l-ħajja ta’ diplomatiku u naħseb li fit-tliet dimensjonijiet tal-karriera tiegħu, Dr Borg Olivier de Puget ħalli l-marka tiegħu u serva b’mod tajjeb ħafna lil pajjiżna.

Dr Borg Olivier de Puget twieled fl-1932 ġewwa l-Belt u nista’ ngħid li veru kien tifel tal-Belt għaliex bejn l-1986 u l-1992, huwa kien il-President tas-soċjetà Beltija La Vallette.

Dr Borg Olivier de Puget kien attiv ukoll bħala student. Huwa kien Viċi President tal-SRC, President tal-Moviment Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista u kien ukoll editur tal-editorjal tal-SRC L-Istudenti. Barra minn hekk, serva f’bordijiet editorjali ta’ numru ta’ gazzetti, fosthom tal-gazzetti Il-Poplu, Malta Tagħna, In-Nazzjon u Encounter. Dan ifisser li apparti t-tliet dimensjonijiet tal-karriera tiegħu li semmejt l-ewwel, jiġifieri l-ħajja politika, il-ħajja ta’ ġudikant u l-ħajja ta’ diplomatiku, huwa kellu wkoll il-ħajja ġurnalistika.

Dr Borg Olivier de Puget kien ġie elett għall-ewwel darba fl-1966 u serva bħala Membru Parlamentari sal-1981. Din il-Kamra issa għamlitha tradizzjoni tagħha li meta nkunu se nagħmlu l-kommemorazzjoni ta’ Eks Membru Parlamentari, tippubblika l-ewwel diskors tiegħu. Jien inħobb nara dawn l-ewwel diskorsi għaliex ġeneralment ikun fihom riflessjoni tal-istorja politika ta’ meta wieħed ikun beda l-karriera politika tiegħu kif ukoll il-viżjoni politika ta’ dak il-politiku. Fl-ewwel diskors ta’ Dr Borg Olivier de Puget hemm żewġ affarijiet li laqtuni.

Qabelxejn irrid ngħid li dan l-ewwel diskors ta’ Dr Borg Olivier de Puget kien risposta għall-iSpeech from the Throne tas-6 ta’ Mejju tal-1966. Ovvjament Malta dak iż-żmien kienet għadha kemm ħadet l-Indipendenza u kienet għadha kemm temmet l-ewwel leġiżlatura tagħha u għaldaqstant Dr Borg Olivier de Puget kien wera x-xewqa tiegħu li jkun hawn stabbilità politika f’pajjiżna. F’dik il-leġiżlatura essenzjalment kienu ġew eletti żewġ partiti fil-Parlament u Dr Borg Olivier de Puget kien qal li huwa jaħseb li m’hemm xejn ħażin f’li jkollok żewġ partiti biss rappreżentati fil-Parlament għaliex żewġ partiti jagħtu aktar stabbilità politika. Ovvjament illum għandna tliet partiti rappreżentati fil-Parlament u naħseb li l-fatt li jkollok tliet partiti ma jnaqqas xejn mill-istabbilità politika, anzi jagħtina l-opportunità li jkollna viżjonijiet differenti fuq dak li nkunu qed niddiskutu, però lil hinn mill-fehma ta’ Dr Borg Olivier de Puget fuq jekk għandux ikollna aktar minn żewġ partiti jew le fil-Parlament, huwa kien tkellem ukoll dwar l-isfidi ta’ pajjiżna tal-1966. Hawnhekk se naqra silta mid-diskors tiegħu. Huwa kien qal hekk:

“Wara li Malta ħadet l-Indipendenza, il-Gvern Nazzjonalista amministra għal erba’ snin sħaħ fil-paċi u l-ordni, mingħajr strikes, mingħajr ġlied, u dan għaliex kellna stabilità politika. Għaliex kellna stabilità politika rnexxielna nagħmlu ftehim finanzjarju mal-Gvern Ingliż għal għaxar snin li ggarantixxa ftehim li seta’ jassigura li min ikun fil-gvern, kienx il-Partit Nazzjonalista jew Partit ieħor li seta’ tela’, ikollu moħħu kwiet biex jippjana l-ekonomija tal-pajjiż u b’dan il-mod seta’ jaħdem pjan ekonomiku li matul l-għaxar snin wara l-Indipendenza, il-funds għal investiment ikunu assigurati.”

Huwa kien tkellem ukoll dwar xi ħaġa oħra u kien qal hekk:

“Kienet l-istess stabilità politika li ġabet finanzjieri kbar, bħal fil-każ tal-istudju tal-freeport meta ġew nies li kulħadd jaqbel li huma nies li fejn jersqu huma ħadd ma jista’ jmaqdarhom.”

Dan juri li fl-1966 kellna Gvern li kellu viżjoni ekonomika u wara l-Indipendenza diġà kien qed jara l-importanza li jkollna freeport ġewwa pajjiżna.

Sur President, wara l-1981 Dr Borg Olivier de Puget ma baqax iservi fil-Parlament però ma nistax ninjora l-fatt li minkejja d-diffikultajiet politiċi li esperjenzajna fis-snin tmenin, fl-1983 Dr Borg Olivier de Puget kien ġie maħtur Maġistrat. Dawn kienu snin diffiċli għall-politika ta’ pajjiżna iżda minkejja dan, il-Gvern ta’ dak iż-żmien kien ħatar persuna mill-kamp oppost bħala ġudikant. Naħseb li dan il-fatt ma rridux ninjorawh fl-analisi politika ta’ pajjiżna.

Fl-1987, Dr Borg Olivier de Puget inħatar ambaxxatur. Għaldaqstant il-karriera ta’ ġudikant kienet relattivament qasira għaliex fl-1987 sar Ambaxxatur għal Franza, għal Spanja u għall-Portugall u sussegwentement serva wkoll bħala Ambaxxatur għall-Istati Uniti u l-Kanada, fejn huwa serva b’distinzjoni. Tant hu hekk li kien iddaħħal fid-Doer’s Profile tal-Washington Post għall-prominenza u l-ħidma tiegħu għall-komunità ta’ Washington.

Sur President, f’isem il-Kap tal-Oppożizzjoni u f’isem il-membri tal-Oppożizzjoni, nagħti l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tal-familja ta’ Dr Albert Borg Olivier de Puget. Nirringrazzjak. (Onor. Membri: Hear, hear)

L-ISPEAKER: Grazzi. Is-Sedja tingħaqad mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra. Lil Dr Albert Borg Olivier de Puget kont nafu personalment għax kont iltqajt miegħu meta kont uffiċjal tal-Pulizija. Fil-fatt nista’ ngħid li ħanut popolari miegħu kien il-Gambrinus fi Strada Zakkarija.

Dr Borg Olivier de Puget kien persuna serja ħafna u tal-affari tagħha. Kif qal l-Onor. Mario de Marco, fl-ewwel diskors tiegħu bħala deputat jurik ukoll il-ħsebijiet tiegħu. Fil-fatt fl-ewwel diskors tiegħu Dr Borg Olivier de Puget kien tkellem dwar it-twemmin tiegħu li għandu jkun hawn żewġ partiti biss fil-Parlament u mhux aktar. Kien tkellem ukoll fuq il-Commonwealth, fuq in-NATO u fuq id-difiża tal-Punent, fost affarijiet oħra u għalhekk, kien diġà wriena l-viżjoni tiegħu rigward id-diplomazija.

Meta Dr Borg Olivier de Puget temm il-ħajja politika tiegħu kien beda jservi ta’ Maġistrat u f’dak il-perjodu jien kont ħdimt taħtu. Fil-fatt niftakar li wieħed mill-aktar każijiet diffiċli li kellu kien il-każ tal-karozza li kienet instaqet għal ġol-knisja tal-Mosta. Dr Borg Olivier de Puget dan il-każ kien daħal fih anke mill-aspett morali u reliġjuż u kien ta sentenza verament interessanti.

Jien dejjem żammejt kuntatt miegħu. Tant hu hekk li kemm dam Ambaxxatur l-Amerka, kull meta kelli ċans dejjem kellimtu. Huwa baqa’ jsegwi x’kien qed jiġri f’pajjiżna sal-aħħar ta’ ħajtu biex jara li jsir il-ġid f’dan il-pajjiż.

Filwaqt li nsellem lill-familja ta’ Dr Albert Borg Olivier de Puget, ninkariga lill-Iskrivan tal-Kamra biex jibagħtilhom kopja tal-kondoljanzi tagħna.

Curriculum Vitae

Dr Albert Borg Olivier de Puget was Malta’s Ambassador to the United States (1991-1997) and concurrently High Commissioner to Canada and Ambassador Designated to Mexico. From 1987 to 1990, he was Ambassador to France with concurrent accreditation to Spain, Portugal and Switzerland as well as Malta’s Permanent Delegate to UNESCO.

Dr Borg Olivier de Puget won the election to the Maltese Parliament on his first try in 1966 and held Office until 1981, as Government Chief Whip (1966-1971) and as Opposition Chief Whip (1971-1974). From 1971 to 1981, he was Shadow Minister of Commonwealth and Foreign Affairs and Shadow Minister of Tourism.

Dr Borg Olivier de Puget was a member of the Parliamentary Assembly of the Council of Europe (1966-1975). He was also a member of parliamentary delegations to Egypt and the Libyan Arab Republic in 1974, the 21st Commonwealth Parliamentary Conference (New Delhi, 1975) and the 24th CPC (Jamaica 1978). Dr de Puget was Ambassador in Residence and member of the Board of Advisors to the centre for Global Education, George Mason University (1997 to 2002).

Fluent in English, French, Italian and Maltese, Dr de Puget was also active in various international activities as a volunteer. These include the Association on third world affairs, Inc. (Washington D.C) member of the international committee of the University Club, Hannibal Club of Washington Founding member, International Student House (Washington, D.C) Member of the Embassy Liaison committee and the Elsie Whitlow Stokes Community Freedom Public Charter School Member of the Board of Trustees.

Ambassador de Puget earned his Doctor of Laws degree from the Royal University of Malta in 1958 and practised Civil, Commercial and Criminal Law. He was appointed Magistrate in the Courts of Justice of Malta in 1983 and senior counsel at Zammit Dimech and Busuttil Advocates (Malta), 1997.


Born in Valletta, Malta on 15th April 1932

Education and professional Qualifications

  • St. Aloysius (Jesuit) College, 1946-1951
  • Senior Oxford Certificate, 1950
  • Royal University of Malta, 1951-1958
  • Diploma of Legal Procurator, 1954
  • Doctor of Laws, 1958
  • Appointed Magistrate on 9th November 1983


Diplomatic Service

  • Ambassador to the United States of America, October 1991 to April 1997
  • High Commissioner to Canada, March 1992 to April 1997
  • Ambassador-designate to Mexico, 1996
  • Ambassador to France and concurrently accredited to Spain, Portugal and Switzerland, 1987-1991
  • Malta’s Permanent Delegate to UNESCO, 1987-1991



Public and International Activities

  • Ambassador in residence and member of the board of advisors to the Centre for Global Education, George Mason University, August (1997-2002)
  • Washington World Group Ltd, Vice Chairman and senior partner (1998)
  • Association on Third World Affairs, Inc (Washington D.C) Member of the Board of Directors
  • Zammit Dimech and Busuttil Advocates (Malta), Senior Counsel
  • Lecturer on Multilateral Diplomacy, Elliott School of International Affairs, George Washington University, Spring 1998
  • Association on Third World Affairs, Inc. (Washington D.C) Honorary Director (1996 to 2008)
  • Executive Council on Diplomacy (Washington D.C) Ambassadors Advisory Board (1995 to 1997)
  • English-Speaking Union (Washington, D.C Chapter), Honorary Patron (1995-1997)
  • Appointed as "Arkansas Traveller" by Arkansas Governor Jim Guy Tucker (1994)
  • Council of Europe (Strasbourg) – Christian Democratic Group, Vice-President (1966-1981)
  • Bureau of the European Union of Christian Democrats (UEDC), Member (1966-1981)
  • Nationalist Party, Assistant Secretary General for Political Affairs (1966-1977)
  • Malta Council of the European Movement, Hon Vice-President (1966-1977)
  • Malta Atlantic Association, Member (1966-1977)
  • Nationalist Party, International Secretary (1966-1977)

Parliamentary Activities

  • Member of Parliament (1966-1981)
  • Shadow Minister without Portfolio (1976)
  • Shadow Minister of Tourism (1977-1981)
  • Opposition Chief Whip and Shadow Minister of Commonwealth and Foreign Affairs (1971-1974)
  • Government Chief Whip and Personal Assistant and Political Advisor to the Prime Minister (1966-1971)

Council of Europe, Strasbourg

  • Member of the parliamentary delegation to the Parliamentary Assembly
  • Member of the Joint Committee, the Standing Committee, the Political Affairs Committee, the Social Affairs Committee, the Cultural and Scientific Committee and its Sub-Committee on Youth Questions (1966-1975)
  • Member, Committee on Science and Technology and the Organizing Committee for a Symposium on the "Exploration and Exploitation of the Seabed and its Subsoil", held by the Legal Affairs Committee (Strasbourg, 3-5 December 1970)


Member of Parliamentary Delegations to

  • Egypt and to the Libyan Arab Republic, (1974)
  • The 21st Commonwealth Parliamentary Conference (New Delhi, 1975) and to the 24th Commonwealth Parliamentary Conference (Jamaica, 1978)

Parliamentary Delegate to:

  • The Parliamentary and Scientific Conference (Lausanne, 1972)
  • The Symposium on the "Exploration and Exploitation of the Seabed and its Subsoil", (Strasbourg, 1970)
  • The Second Congress of Parliamentarians of the European Movement (The Hague, 1968)


Addressed Various Organisations

United States of America

  • The Association on Third World Affairs, Inc. Washington
    "The Future of Foreign Aid: Governments, NGOs, or ...?" (1997)
    "Taiwan is not Hong Kong" (1997)
    "Making the Most of the World’s Resources" (1995)
    "Peace and Development in the Middle East" (1994)
  • Embassy Social Secretaries Club, Washington (1997)
  • Dallas Ambassadors Forum, Dallas, Texas (1996, 1994, 1992) - Business Briefings
  • House Legislative Assistants Association (HLAA), Washington (1996)
  • Diplomatic Tradecraft Associates (1995)
    "How a Small Embassy Operates in Washington"

  • Los Angeles Global Forum, Los Angeles (1995)
    "Strategic markets of the Future"

  • The English Speaking Union, Washington (1995)
    "Malta’s Role in Euro Mediterranean Affairs"

  • The Washington Club (1995)
    "Malta in Europe - A Nation’s Vocation"

  • Congressional Youth Leadership Council, Washington (June 1996, February 1996, February 1995, February 1994)
  • The 31st North American Invitational Model United Nations, Washington (1994)
    "Domestic and Foreign Policy and Policy in Relation to the U.N"

  • The American Council of Young Political Leaders, Washington (1994)

France and Switzerland

  • The English Speaking Union, Paris (1990)
    "Malta Today"

  • Association France-Malte, Paris (1990)
    "The Bilateral Relations between France and Malta"

  • The International Congress of Sion, Sion (Switzerland) (1989)
    "Neutrality and Political Cooperation on the Threshold of the Single European Act"

  • The International Conference of States Party to the 1925 Geneva Protocol and of Other Interested States on the Interdiction of Chemical Weapons, Paris (1989)
  • The Conference on Audiovisual Matters (EUREKA AUDIOVISUELLE) Paris (1989)
  • The Centre for Advanced Studies on Modern Africa and Asia (CHEAM) of the National Foundation of Political Sciences, Paris (1989)
    "Malta’s International Relations"

  • Association Européene des Etudiants de Defence, Paris (1987)
    "Malte, enjeu en Méditérranée"

  • Attended as Observer and invited to address the Assembly of the Western European Union (Paris, 1969) on behalf of the Malta Parliament.


Malta
University of Malta

  • Seminar on "Europe Today" (1974)
  • Lectured to Journalism Course on "Political Systems: Patterns of Democracy - A Comparative Study of the Structure of Government in Europe and America" (1969) and "Political Ideologies" and "Current Problems" (1977)


Rome
Seminars at the Centre for Mediterranean Studies (American Universities Field Staff) on:

  • Sociological Development in Malta on the Threshold of 1974 (1974)
  • The Roots of Political Conflict in the Mediterranean (1973)
  • Post Colonial Development Problems (1972)
  • Problems of Development for the Mini State (1970)


Professional Activities
Civil, Commercial and Criminal Practice: Legal Advisor to various Companies and Corporate clients, eg: Comino Hotels Ltd, The Malta Bitmac Co. Ltd, V & G Spiteri Sacco Co. etc

Conferences and Seminars Attended

  • Attended International Colloquy on "L’Union Européene de l`an 2000: Défis et Perspectives" organised by the Chaire Jean Monnet en Integration Européene (Montreal, Quebec, 1996)
  • Attended Euro Group Washington Conference
    "Europe and North America Interdependence and Partnership in the 1990" (Washington, D.C, 1995)
  • Attended the CSCE Meeting of Heads of State or Government and the Signing of the Treaty on Conventional Forces in Europe (The Charter of Paris for Europe, Paris, 1990)
  • Interview with the "Mouvement Européene" Magazine, (Paris, 1998)
  • Attended the Opening Session of the 1st International Conference of the Liberal Professions (Paris, 1987)
  • Attended Wilton Park Conference - European Discussion Centre: European Integration Under the Stress of National World Politics (Sussex, 1981)
  • Attended seminars organised by the Politische Akademie Eicholz (Berlin, 1980)
    The Legal Status of Berlin and the Present Political Situation
    The Influence of Christian Democratic Policies on the Working Population.
    The System of Social Market Economy of the Federal Republic of Germany.
    The European Community on Its Way to Political Union - Chances and Risks on the Eve of the Enlargement of the Community.
    From a Bipolar to a Multi Polar World - Europe between the Super Powers and China
    West Germany and its Security in the Eighties
  • Delegate to the Conservative Party of Great Britain Annual Conference and to the European Interparty Meeting (Brighton, 1976)
  • Seminar on "Europe and Latin America" organized by International Union of Young Democrats - IUYCD (Milan, 1973)
  • Congress of the European Movement (London, 1973)
  • Seminar on "Vers Une Europe Politiquement Unie - Les Objectifs de la Democratie Chretienne" organized by the Politische Akademie (Vienna, 1973)
  • Seminars organized by the British Atlantic Group of Young Politicians on "East West Relations" (Oxford, 1967) and on "Disarmament and Prospects of Force Reductions in Europe" (London, 1971)
  • 18th Congress of the European Union of Christian Democratic Parties (Venice, 1968)
  • Foreign Leader Grant of the U.S Department of State (USA, July-September 1966)
  • 2nd World Congress of the International Union of Young Christian Democrats - IUYCD (Berlin, 1965)
  • UNO Seminar on "Freedom of Information" (Rome, 1964)

Activities for Students and Youth

  • Vice President, Students Representative Council (RUM)
  • President, Nationalist Party Youth Movement
  • Hon. President, Youth Association of the European Movement


Activities in Education, Culture and Sport

  • Member, Council of the Royal University (1969-1971)
  • Member, Board of Governors, Malta College of Arts, Science and Technology (1969-1971)
  • President, La Valette Philharmonic Society
  • Hon. Legal Advisor to the Malta Football Referees Association and other various Sports Clubs


Activities in Journalism and Broadcasting

  • Former Editor of "Studenti" (Organ of the S.RC.)
  • Former Member of the Editorial Boards of "Patria", "Il-Poplu", "Malta Tagħna", "In-Nazzjon Tagħna" and "Encounter"
  • Corresponding Member of "Panorama Democrate Chretien" (UEDC)
  • Author of various articles and interviews on current international affairs in the Maltese and Foreign Press.
  • Participated in various discussions groups and gave various talks and interviews on current international affairs on Maltese and Foreign Radio and Television.


Professional Associations, Clubs, etc:

  • Chamber of Advocates, Malta
  • Guild of Graduates, Malta University
  • University Club, (Washington)
  • Cercle Interalliee (Paris, 1987-1991)
  • Casino Maltese (Valletta)


Languages
English, French, Italian and Maltese (spoken, read and written) and basic written Spanish and Portuguese.

 

Electoral History

It-Tieni Leġiżlatura (1966 - 1971)
Link to Member's page in legislature
Ġie elett: 31.03.1966
Ġurament tal-Ħatra: 25.04.1966
Xoljiment tal-Parlament: 24.04.1971
It-Tielet Leġiżlatura (1971 - 1976)
Link to Member's page in legislature
Ġie elett: 17.06.1971
Ġurament tal-Ħatra: 16.08.1971
Xoljiment tal-Parlament: 13.08.1976
Ir-Raba' Leġiżlatura (1976 - 1981)
Link to Member's page in legislature
Ġie elett: 25.09.1976
Ġurament tal-Ħatra: 24.11.1976
Xoljiment tal-Parlament: 09.11.1981