Estratt mis-Seduta Parlamentari Nru 285 tas-Sitt Parlament tat-2 ta' Ottubru 1989
KONDOLJANZI
ONOR. GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru tal- Intern u Ġustizzja): Sur President, kif il-Kamra taf l-għada li għalaq il-Parlament għal waqfien tas-sajf fid-29 ta' Lulju, miet Dr Giuseppe Maria Camilleri. Naħseb li ma hawn ħadd hawnhekk li ma jiftakarx u ma għandux memorji sbieħ tal-kollega tagħna Dr Giuseppe Maria Camilleri illi kien membru ta' dan il- Parlament mill-1948 sa l-1981. Naħseb li kien wieħed mill- itwal perjodi illi bniedem qatt serva f'dan il-Parlament. Huwa okkupa kariga kemm ta' Ministru, kif ukoll ta' Speaker ta' din il-Kamra. Dr Camilleri ta' servizz wkoll, kemm bħala membru Parlamentari kif ukoll lill-kostitwenti tiegħu li kienu jeleġġuh.
Dr Guiseppe Maria Camilleri kellu karattur li ċertament kien bniedem pjaċevoli, anke kif javvanża l-argumenti tiegħu, u kif kien jaf jitkellem. Kellu ġo fih dawk ir-rekwiżiti li bniedem kien jista' jkollu argument miegħu. Naħseb li anke hu kien jieħu pjaċir bl-argument. Fl-ebda ħin ma tħoss li għax xi ħadd kellu xi argument miegħu dan kien ifisser li xi ħadd kellu xi jgħid ma Dr Camilleri. Naħseb dik kienet l-iktar kwalita' simpatika li jien kont nara f'Giuseppe Maria Camilleri, li kien ukoll tenaci fl-affarijiet li huwa kien jemmen fihom u persistenti f'dak li huwa emmen li huwa tajjeb li huwa korrett. Jekk l-okkażjoni titlob min Dr Giuseppe Maria Camilleri mumenti ta' kuraġġ dan ma kienx jonqsu. Huwa għaraf igħix fejn il-kuraġġ, kemm morali u kemm fiżiku, kemu neċessarji f'ċerti sitwazzjonijiet diffiċli li huwa sab ruħu fihom fil-ħajja politika tiegħu.
It-telf ta' Dr Giuseppe Maria Camilleri, naturalment għalina lkoll huwa telf ta' ħabib u telf ta' bniedem li għix ħajja tant twila f'dan il-Parlament. Kien bniedem li bil-kliem, bil- ħsieb u bl-aġir tiegħu influwenzana direttament jew indirettament. Jiena konvint li ż-żewġ naħat tal-Kamra għandhom memorji sbieħ tiegħu. Kulħadd tilef ħabib u jien ċert li jien inkun ninterpreta l- ħsebijiet ta' kull wieħed minna meta mwassal il-kondoljanzi lis-Sinjura Miriam Camilleri u lit-tfal tiegħu li hu tant kellu għozza għalihom, u li magħhom kien tant marbut. Riżultat tad-dedikazzjoni tiegħu għall-politika - ta' bniedem li tant tana ħajtu għall-politika - kien hemm ċertu ammont ta' ċaħda minn dik l-imħabba u ġibda u dedikazzjo¬ni li kellu għal familja. Ħafna drabi minħabba l-politika wieħed ikollu jabbanduna l- familja anke forsi f'mumenti importanti fil-ħajja ta' uliedna stess.
Għalhekk jiena ċert li din il-Kamra taqsam miegħi n-niket li qed nesprimi għal mewt ta' Dr Giuseppe Maria Camilleri. (Onor. Membri : Hear, hear)
MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): Il-Kap ta' l- Oppożizzjoni.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: Għan-nom ta' l-Oppożizzjoni u għan-nom tiegħi personali, diġa' kelli l-okkażżjoni li nesprimi s-sogħba fl-okkażjoni tal-mewt ta' Dr Giuseppe Maria Camilleri fil-funeral tiegħu. Illum nerġa' nagħmel dan billi nassoċja ruħi mas-sentimenti espressi mill-Viċi Prim Ministru. (Onor. Membri: Hear, hear)
MR SPEAKER:Is-Sedja tassoċja ruħha ukoll mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal- Kamra u tinkariga lill-Iskrivan tal-Kamra biex iwassal dawn il- kondoljanzi lill-familjari.
Ġie elett: | 18.02.1962 |
Ġurament tal-Ħatra: | 26.04.1962 |
Xoljiment tal-Parlament: | 15.02.1966 |
Ġie elett: | 31.03.1966 |
Ġurament tal-Ħatra: | 25.04.1966 |
Xoljiment tal-Parlament: | 24.04.1971 |
Ġie elett: | 17.06.1971 |
Ġurament tal-Ħatra: | 16.08.1971 |
Xoljiment tal-Parlament: | 13.08.1976 |
Ġie elett: | 25.09.1976 |
Ġurament tal-Ħatra: | 24.11.1976 |
Xoljiment tal-Parlament: | 09.11.1981 |