Skip to main content
Parlament ta' Malta
Lingwa: en   |  Fittex  |  Ikkuntattjana

Lingwa: en   |  Fittex  |  Ikkuntattjana

Dr Joseph F Cassar Galea

Lura għal-Lista

Kondoljanzi (14 Diċ 1989)

Estratt mis-Seduta Parlamentari Nru 326 tas-Sitt Parlament tal-15 ta' Diċembru 1989

KONDOLJANZI

ONOR. GUIDO DE MARCO: (Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Intern u Ġustizzja): Sur President, jien naħseb li l-Kamra kollha meta semgħet bl-aħbar li miet Dr Joseph Cassar Galea ħasset li tilfet bniedem li ġol-Parlament tagħna ta snin twal ta' servizz. Dam 25 sena fil-Parlament li ħafna minnhom kienu f'distrett difficli u f'sitwazzjonijiet ukoll difficli. Pero' Dr Cassar Galea kien bniedem tenaċi, kien bniedem ta' principju, kien bniedem ta' resoluzzjoni soda, kien bniedem illi ma kienx jaf jagħmel kompromessi għall-principji tiegħu ta' lealta' lejn il-Partit Nazzjonalista. Kien bniedem li jħobb id-demokrazija tal-pajjiż u li kien jirrispondi għall- bżonnijiet ta' din id-demokrazija bl-iktar mod effikaċi u bl-iktar mod dedikat. Jiena għal ħafna raġunijiet kont viċin ħafna ta' Dr Cassar Galea, u naf li fil-karattru tiegħu kellu ċerta reżistenza u kellu persistenza anke f'dawk il-linji li jidhirlu li kienu l-linji li kellu jsostni. Kien bniedem li jħobb ħafna l-familja, kien dedikat ferm għall-familja, għal martu u għal uliedu, kien jipprova javvanza l-pożizzjoni tal-familja tiegħu, u kien jemmen illi l-preżenza u l- għajnuna tiegħu kienu essenzjali ħafna għalihom. Ftit qabel ma ħakmitu l-marda kiefra kien proprju fl- uffiċċju tiegħi, u bħas-soltu kien qed jitkellem dwar il-battalji ta' l-imgħoddi u l- problemi tal-futur. Sur President, tista' timmaġina x'ħassejt meta mbagħad mort narah l-isptar ridott fi stat ta' inkoxjenza, f'liema stat twil ta' inkoxjenza fil-fatt baqa' sakemm il-mewt ħasditu l-bieraħ.

Jiena lil Dr Cassar Galea nibqa' niftakru bħala ħabib tiegħi. Il-Kamra tapprezza l-ħidma tiegħu, naħseb li qiegħed ninterpreta l-ħsieb ta' din il-Kamra lejn kollega li għal tant snin ħadem f'dan il-Parlament. Kien bniedem li jokkupa wkoll il-kariga ta' President ta' dan il-Parlament, kien Speaker ta' dan il-Parlament anke fi snin diffiċli.

Filwaqt li nagħtu l- għomor lill-familja ta' Dr Cassar Galea, jien ċert li l-familja Cassar Galea tifhem u tapprezza l-kliem ta' simpatija. Pero' huwa t-talb, għal min hu bħali u bħal ħafna minna li nemmnu, li fl-aħħar mill-aħħar huwa s-sens ta' rabta bejnna u bejn bniedem li ħalliena. Naħseb li l-mewt iġġib skwilibriji kbar fir- relazzjonijiet personali ta' kulħadd. Jiena nispera li bl- għajnuna t'Alla, il-familja ta' Cassar Galea u in partikolari s-Sinjura Cassar Galea tagħraf tvinċi dan is-sens ta' skwilibriju li ġġib il-mewt fil-memorja ċertament sabiħa li għandha ta' żewġha. (Onor. Membri: Hear, hear).

MR SPEAKER: Grazzi. Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.

ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: L-Oppożizzjoni wkoll tingħaqad mas-sentimenti espressi min- naħa tal-Gvern biex twassal il- kondoljanzi lill-familjari ta' Dr Cassar Galea.

MR SPEAKER: Grazzi. Is- Sedja tassoċja ruħha mas- sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u tinkariga lill-Iskrivan tal-Kamra biex iwassal il-kondoljanzi lill- familjari ta' Dr Cassar Galea. Tqegħid ta' Karti? Stqarrijiet ministerjali? Mozzjonijiet? Ordnijiet tal-Ġurnata.

Electoral History

L-Ewwel Leġiżlatura (1962 - 1966)
Link to Member's page in legislature
Ġie elett: 18.02.1962
Ġurament tal-Ħatra: 26.04.1962
Xoljiment tal-Parlament: 15.02.1966
It-Tieni Leġiżlatura (1966 - 1971)
Link to Member's page in legislature
Ġie elett: 31.03.1966
Ġurament tal-Ħatra: 25.04.1966
Xoljiment tal-Parlament: 24.04.1971
It-Tielet Leġiżlatura (1971 - 1976)
Link to Member's page in legislature
Ġie elett: 17.06.1971
Ġurament tal-Ħatra: 16.08.1971
Xoljiment tal-Parlament: 13.08.1976