Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Mr Paolo Pace

Lura għal-Lista

Kondoljanzi (25 Jan 1909 - 5 Aww 1980)

Estratt mis-Seduta Parlamentari Nru 420 tas-6 ta' Ottubru 1980

KONDOLJANZI

ONOR. JOSEPH BRINCAT (Ministru tal-Ġustizzja, Artijiet Djar u Affarijiet tal-Parlament): Mr Speaker, fil-5 ta’ Awissu, ta’ din is-sena, waqt li konna fir-recess miet l-ex-Speaker ta’ din il-Kamra, is-Sur Pawl Pace, illi kien ġie elett f’din il-Kamra fit-3 ta’ Jannar, 1951, wara l-mewt ta’ Nerik Mizzi u baqa’ jservi lil din il-Kamra sa l-24 ta’ April, 1971; kull meta prattikament kellna l-Gvern tagħna.

Ta’ min isemmi, Mr Speaker, illi l-Onor. Pawlu Pace serva fil-kariga għolja illi hija s-Sedja ta’ din il-Kamra, illi hija ċ-chairmanship ta’ l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Dan id-dmir ċertament kellu d-diffikultajiet illi kull speaker isib biex jaqdih; iżda wieħed jista’ jgħid illi l-Onor. Pawlu Pace dejjem għamel id-dmir tiegħu, ċertament kif kien iħossu hu. Ta’ min isemmi wkoll, Mr Speaker, illi l-Onor. Pawlu Pace kien Membru tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, u li ħalla dan il-Parlament proprju fl-1971 wara li kien serva numru ta’ snin. Huwa dmir ta’ dan il-Parlament li nitolbu lilek, Mr Speaker, illi twassal il-kondoljanza tagħna, ta’ din in-naħa tal-Kamra, lill-familjari tiegħu.

MR SPEAKER (Onor. Kalċidon Agius): Is-Sedja tingħaqad mal-Gvern f’dawn il-kondoljanzi lill-familja ta’ Pawlu Pace, il-għaliex dan il-bniedem oltre li kien ħabib tiegħi intimu, kien raġel umli, u raġel ta’ integrità kbira. Għalhekk nitlob lill-Iskrivan tal-Kamra li jibgħat lill-familjari tiegħu dawn il-kondoljanzi.

Electoral History

L-Ewwel Leġiżlatura (1962 - 1966)
Link to Member's page in legislature
Xoljiment tal-Parlament: 15.02.1966
Karigi
President tal-Kamra tad-Deputati
Xoljiment tal-Parlament: 15.02.1966
It-Tieni Leġiżlatura (1966 - 1971)
Link to Member's page in legislature
Ġie elett: 31.03.1966
Ġurament tal-Ħatra: 25.04.1966
Xoljiment tal-Parlament: 24.04.1971