Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Espressjoni ta' Interess għall-Provvista ta' Servizzi ta' Catering fil-Parlament ta' Malta

It-Tlieta, 10 Novembru 2026

1. INTRODUZZJONI

 

Il-Parlament ta’ Malta jistieden lil operaturi ekonomiċi kkwalifikati biex jissottomettu Espressjoni ta’ Interess (EI) għall-provvista u t-tħaddim ta’ servizz ta’ catering (kafetterija) fil-bini tal-Kamra tad-Deputati, il-Parlament ta’ Malta (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-bini tal-Parlament”).

 

L-għan ta’ din l-EI huwa li jiġu identifikati operaturi xierqa li jkunu kapaċi jipprovdu servizzi ta’ ikel u xorb ta’ kwalità għolja lill-Membri Parlamentari, lill-persunal tal-Parlament u lil persuni oħra awtorizzati li jkollhom aċċess għall-bini tal-Parlament.

 

L-operatur magħżul ikun responsabbli mit-tħaddim ta’ kuljum, mill-ġestjoni u mill-manutenzjoni tal-faċilitajiet tal-kafetterija, skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dan id-dokument.

 

Is-servizz qed jintalab għal perjodu inizjali ta’ sena (1) mid-data tal-iffirmar tal-kuntratt, li jista’ jiġi mġedded għal perjodi ulterjuri ta’ sena (1) kull wieħed.

 

2. LINJI GWIDA

 

2.1 Istruzzjonijiet għall-Applikanti Prospettivi

 

L-applikanti għandhom jippreżentaw il-Formola tal-Applikazzjoni mimlija kif suppost, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn kollha mitluba f’din l-EI.
L-applikanti għandhom jinnominaw rappreżentant awtorizzat, li għandu jaġixxi bħala l-persuna ta’ kuntatt prinċipali u li, f’każ li l-applikazzjoni tiġi milqugħa, jidħol f’kuntratt mas-Servizz Parlamentari.
Is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni tikkostitwixxi aċċettazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet kollha li jinsabu f’din l-EI.
L-applikanti għandu jkollhom reġistrazzjoni valida għall-finijiet tal-VAT u l-liċenzji kollha meħtieġa biex joperaw stabbilimenti ta’ catering u ta’ servizzi tal-ikel f’Malta.
L-applikazzjonijiet għandhom jibqgħu validi għal perjodu ta’ disgħin (90) jum wara l-iskadenza għas-sottomissjoni.
Is-Servizz Parlamentari jirriżerva d-dritt li jirrifjuta kwalunkwe sottomissjoni jew is-sottomissjonijiet kollha mingħajr ma jipprovdi ġustifikazzjoni.
 

2.2 Skeda taż-Żmien tal-Applikazzjoni                                         

Attività Data
Pubblikazzjoni tal-EI 10 ta' Novembru 2026
Skadenza għat-talbiet għal kjarifika 16 ta' Novembru 2026
Żjara fuq il-Post

23 ta' Novembru 2026

Ħruġ tat-tweġibiet għal kjarifiki 27 ta' Novembru 2026
Skadenza għas-sottomissjoni 7 ta' Diċembru 2026


 

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu indirizzati lil:

 

L-Iskrivan tal-Kamra

Il-Parlament ta’ Malta

Misraħ il-Ħelsien

Il-Belt Valletta VLT 1010

 

u għandhom jintbagħtu elettronikament fuq [email protected]

 

Sottomissjonijiet li jaslu tard jew li ma jkunux kompluti ma jiġux ikkunsidrati. Madankollu, is-Servizz Parlamentari jirriżerva d-dritt li, fid-diskrezzjoni tiegħu, jestendi l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

 

L-applikazzjonijiet jinfetħu fil-11 ta’ Diċembru 2026. Skeda tal-ftuħ tal-offerti għandha titwaħħal fuq in-notice board tas-Servizz Parlamentari skont l-ordni li fiha jaslu l-applikazzjonijiet, abbażi tal-ħin irreġistrat fuq l-email li tkun waslet għand l-Iskrivan tal-Kamra. Fuq il-lista jintwerew biss l-isem jew l-ismijiet tal-applikant jew tal-applikanti li jkunu ppreżentaw applikazzjoni b’rabta ma’ din l-EI.

 

2.3 Rekwiżiti għas-Sottomissjoni

 

L-applikanti għandhom jipprovdu:

 

Taqsima A: Dettalji tal-Applikant

 

L-applikazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

 

  • Isem tal-Kumpanija
  • Numru tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpanija
  • Numru tal-VAT
  • Indirizz Reġistrat
  • Persuna ta’ Kuntatt
  • Numru tat-Telefon
  • Indirizz tal-Email
     

Taqsima B: Proposta Teknika

 

Il-proposta għandha tinkludi:

 

  • Deskrizzjoni tat-tħaddim tal-kafetterija
  • Il-menu propost
  • Lista tal-prezzijiet
  • Pjan tal-persunal
  • Esperjenza rilevanti
  • Proċeduri tas-saħħa u s-sigurtà
  • Inizjattivi favur is-sostenibbiltà
     

 

Taqsima Ċ: Dikjarazzjoni

 

Bis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni, l-applikant qiegħed jikkonferma li jikkonforma mar-rekwiżiti kollha ta’ din l-EI.

 

Taqsima D: Dokumentazzjoni ta’ Sostenn

 

Flimkien mal-applikazzjoni, l-applikanti għandhom jippreżentaw ukoll:

 

  • Ċertifikat tal-VAT
  • Ċertifikat tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpanija
  • Reġistrazzjoni ta’ Negozju tal-Ikel, inklużi l-liċenzji u l-permessi
  • Ċertifikat tal-Assigurazzjoni għar-Responsabbiltà Ċivili
  • Ċertifikati ta’ taħriġ fl-immaniġġjar tal-ikel għall-persunal li jkun se jiġi assenjat biex jaħdem fil-bini tal-Parlament
     

Applikazzjonijiet li jkollhom informazzjoni obbligatorja nieqsa jistgħu jiġu skwalifikati jekk l-informazzjoni nieqsa ma tiġix ippreżentata sal-iskadenza indikata.

 

L-applikanti għandhom jippreżentaw id-dokumenti rilevanti f’format PDF permezz ta’ email jew ta’ links għat-trasferiment ta’ fajls (eż. wetransfer.com). Links għal sistemi ta’ cloud storage, bħal Google Drive jew OneDrive, ma jiġux ikkunsidrati.

 

 

3. TERMINI U KUNDIZZJONIJIET

 

3.1 Ambitu tas-Servizzi

 

L-operatur magħżul għandu:

 

1. Iħaddem il-kafetterija tal-Parlament matul il-ħinijiet tal-ftuħ miftiehma. Il-ħinijiet minimi tas-servizz matul il-ġimgħat li fihom tiltaqa’ l-Kamra mistennija jkunu kif ġej:
 

It-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa                   3.00 – 7.00 p.m.

 

Il-Kamra ġeneralment tiltaqa’ minn Ottubru sa Lulju, b’waqfa ta’ madwar ġimagħtejn fil-Milied u fl-Għid.

 

Se jkun qed isir kull sforz biex kwalunkwe bidla fl-iskeda parlamentari tiġi kkomunikata minn qabel fi żmien suffiċjenti.

 

2. Jipprovdi varjetà ta’ ikel ippreparat frisk, li jista’ jinkludi:

  • Sandwiches u wraps
  • Insalati
  • Pasti u deżerti
  • Snacks ippakkjati
     

3. Jipprovdi varjetà ta’ xorb, inklużi:

  • Te u kafè
  • Ilma mingħajr gass u ilma bil-gass
  • Xorb mhux alkoħoliku
  • Juices
  • Birra
     

4. Iżomm lista tal-prezzijiet aġġornata f’post li jidher.
 

5. Jiżgura li l-prodotti fil-menu jkunu disponibbli b’mod konsistenti matul il-ħinijiet kollha tal-ftuħ.
 

6. Iżomm standards professjonali xierqa fis-servizz mogħti lill-klijenti.
 

3.2 Il-Post u t-Tagħmir

 

  1. Is-Servizz Parlamentari jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operatur magħżul iż-żona indikata għall-użu tiegħu, li tinkludi faċilitajiet bażiċi ta’ catering.
  2. L-operatur magħżul mitlub jipprovdi kwalunkwe tagħmir addizzjonali, platti, kikkri, tazzi eċċ u oġġetti oħra meħtieġa għat-tħaddim tas-servizz li ma jkunux diġà disponibbli. Kwalunkwe tagħmir elettriku għandu jiġi approvat mis-Servizz Parlamentari qabel ma jintuża.
  3. L-operatur magħżul ikun responsabbli għall-użu xieraq tat-tagħmir kollu użat fl-għoti tas-servizz.
  4. L-operatur għandu jżomm il-post nadif, iġjeniku u f’kundizzjoni tajba f’kull ħin.
     

3.3 Rekwiżiti tal-Persunal

 

Huwa d-dmir tal-operatur magħżul li:

 

  1. Jassenja kemm meħtieġ persunal li jkun ikkwalifikat kif xieraq.
  2. Jiżgura li l-persunal assenjat ikun kapaċi jikkomunika kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.
  3. Jiżgura li l-persunal ikun liebes uniformi xierqa.
  4. Jiżgura li l-persunal kollu assenjat ikollu ċertifikati validi fl-immaniġġjar tal-ikel.
  5. Jikkonforma mar-regolamenti kollha dwar l-impjieg u x-xogħol.
     

3.4 Konformità mar-Rekwiżiti tas-Saħħa, is-Sigurtà u mar-Regolamenti

 

Għandu jkun id-dmir tal-operatur magħżul li:

 

  1. Iħaddem proċeduri xierqa tal-HACCP u jiżgura konformità mar-regolamenti lokali kollha applikabbli dwar is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa u l-iġjene.
  2. Jakkwista u jżomm il-liċenzji u l-permessi kollha meħtieġa mil-liġi.
  3. Jimplimenta proċeduri xierqa dwar is-saħħa u s-sigurtà.
  4. Ikollu assigurazzjoni valida għar-responsabbiltà ċivili matul il-perjodu kollu tal-kuntratt.
  5. Jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti fi kwalunkwe spezzjoni li jwettqu.
     

3.5 Sostenibbiltà

 

Is-Servizz Parlamentari jinkoraġġixxi prattiki sostenibbli, inklużi:

  • It-tnaqqis tal-użu ta’ plastik li jintuża darba biss
  • Is-separazzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart
  • L-akkwist ta’ prodotti minn sorsi sostenibbli
  • Użu effiċjenti tal-enerġija
  • Ippakkjar li jirrispetta l-ambjent
     

L-applikanti għandhom jiddeskrivu l-miżuri li se jieħdu favur is-sostenibbiltà fil-proposta tagħhom.

 

3.6 Għażla u Evalwazzjoni

 

Kull applikazzjoni tiġi ttrattata b’kunfidenzjalità stretta mill-kumitat ta’ evalwazzjoni. Is-Servizz Parlamentari jirriżerva d-dritt li, fid-diskrezzjoni tiegħu, jagħżel u/jew jirrifjuta kwalunkwe waħda mill-applikazzjonijiet sottomessi jew l-applikazzjonijiet kollha. Jekk ebda wieħed mill-applikanti ma jitqies sodisfaċenti, is-Servizz Parlamentari jirriżerva d-dritt li jafda s-servizz indikat lil operaturi ekonomiċi oħra (li mhux bilfors ikunu pparteċipaw f’din l-EI).

 

Il-kuntratt jingħata lill-applikant li jissottometti l-offert li tikseb l-ogħla punteġġ skont it-Tabella ta’ Evalwazzjoni u li jinkludu r-rekwiżiti kollha ta’ dan id-dokument tal-EI. Jekk aktar minn applikant wieħed jikseb l-istess punteġġ, il-kuntratt jingħata mis-Servizz Parlamentari fuq bażi ta’ liema offerta tkun waslet l-ewwel, skont il-ħin irreġistrat fuq l-email li jkun fiha l-formola tal-applikazzjoni u d-dokumenti relatati.

 

L-applikazzjonijiet jiġu evalwati skont il-kriterji li ġejjin:

  Kriterji   Punti  
      Minimu Massimu
1 Prodotti tal-Ikel*      
  Sandwiches u wraps Minimu ta' 2 tipi 5 10
  Insalati Minimu ta' tip wieħed 5 10
  Pasti u Deżerti Minimu ta' 2 tipi 5 10
  Snacks Ippakkjati Minimu ta' 2 tipi 5 10
         
2 Xorb      
  Te u Kafè   5 5
  Ilma mingħajr gass u ilma bil-gass (Bottijiet/Fliexken żgħar)   5  
  Xorb mhux alkoħoliku u juices (bottijiet/fliexken żgħar) Minimu ta' tip wieħed/Massimu ta' 3 tipi 5  
  Birra (bottijiet/fliexken żgħar) Minimu ta' tip wieħed 5  
         
3 Price List      
  Prezz meta mqabbel mal-kwalità   10  
         
4 Persunal      
  Persunal assenjat għas-servizz Minimu ta' persuna waħda/Massimu ta' 2 persuni 5  
         
5 Kunsiderazzjoni ta' Prattika Sostenibbli Abbażi tal-miżuri ddikjarati 5  
         
Total     60  

 

* Għandhom jiġu indikati l-allerġeni fil-prodotti tal-ikel. Għandha tiġi inkluża tal-inqas għażla waħda gluten free u għażla waħda vegana. Jingħata punt addizzjonali għal kull prodott ieħor addizzjonali.

                                                  

Punteġġ minimu meħtieġ: 60 punt

 

L-applikanti li ma jiksbux il-punteġġ minimu meħtieġ jiġu skwalifikati minn din l-EI.

 

 

3.7 Arranġamenti Finanzjarji

 

L-operatur magħżul ikun responsabbli, bi spejjeż u riskju tiegħu stess, għall-akkwist, il-preparazzjoni, il-provvista u s-servizz tal-ikel u x-xorb kollu li għandu jkun disponibbli skont il-kuntratt, inklużi l-ispejjeż kollha relatati mal-persunal, l-ingredjenti, il-provvisti, it-tagħmir, it-trasport, il-ħażna u spejjeż operattivi oħra.

 

L-operatur magħżul iżomm id-dħul kollu ġġenerat mill-bejgħ tal-ikel u x-xorb u jkun unikament responsabbli għall-ispejjeż u n-nefqa kollha li jsiru għall-provvista tas-servizz. Għaldaqstant, kwalunkwe profitt li jirriżulta mit-tħaddim tas-servizz jakkumula kollu kemm hu favur l-operatur magħżul, filwaqt li kwalunkwe telf jiġi sostnut kollu kemm hu minnu.

 

Ma għandu jitħallas ebda korrispettiv finanzjarju mill-operatur magħżul lis-Servizz Parlamentari, jew viċi versa, fir-rigward tat-tħaddim tas-servizz.

 

3.8 Indennizz

 

L-operatur magħżul għandu jindennizza u jżomm indemni lill-Parlament ta’ Malta, lill-membri tiegħu u lill-impjegati tiegħu minn kwalunkwe pretensjoni, responsabbiltà, telf, dannu u spiża li jirriżultaw mit-tħaddim tas-servizz ta’ catering.

 


ANNESS 1

 

 

FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI

 

TAQSIMA A – DETTALJI TAL-APPLIKANT

 

Isem tal-Kumpanija:
Numru tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpanija:
Numru tal-VAT:
Indirizz:
Persuna ta’ Kuntatt:
Numru tal-Mobile:
Indirizz tal-Email:
 

TAQSIMA B – PROPOSTA

 

1. Kunċett tas-Servizz ta’ Catering

 

Deskrizzjoni tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti.
 

2. Menu Propost

 

Ehmeż il-menu propost u l-lista tal-prezzijiet.
 

3. Ħinijiet tat-Tħaddim

 

Il-ħinijiet tat-tħaddim proposti, li għandhom ikunu tal-inqas dawk indikati fit-Taqsima 3.1(1) ta’ din l-EI.
 

4. Pjan tal-Persunal

 

In-numru ta’ impjegati u r-rwoli tagħhom.
 

5. Esperjenza Rilevanti

 

Kuntratti preċedenti relatati ma’ kafetteriji jew servizzi ta’ catering.
 

TAQSIMA Ċ – DIKJARAZZJONI

 

Jiena/Aħna niddikjara/w li l-informazzjoni kollha ppreżentata hija korretta u li naċċetta/w il-kundizzjonijiet li jinsabu f’din l-Espressjoni ta’ Interess.

 

Isem:

Firma:

Data:

 

 

 

TAQSIMA D – DOKUMENTAZZJONI RIKJESTA

 

☐ Formola tal-Applikazzjoni mimlija

☐ Ċertifikat tar-Reġistrazzjoni tal-Kumpanija

☐ Ċertifikat tal-VAT

☐ Ċertifikat tal-Assigurazzjoni għar-Responsabbiltà lejn Tterzi Persuni

☐ Reġistrazzjoni ta’ Negozju tal-Ikel

☐ Ċertifikati fil-Food Handling

☐ Menu propost bil-lista tal-prezzijiet

☐ Profil tal-Kumpanija

☐ Kwalunkwe dokumentazzjoni oħra relatata

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

DIKJARAZZJONI TA’ ĊAĦDA TA’ RESPONSABBILTÀ

 

Bis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni, l-applikanti jikkonfermaw li qraw, fehmu u aċċettaw it-termini u l-kundizzjonijiet kollha li jinsabu f’din l-Espressjoni ta’ Interess, u li l-informazzjoni kollha ppreżentata hija korretta u kompluta.