Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Petizzjoni Nru: 54 Signatures: 700

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - 2022)

Details - B'mod elettroniku

Titlu
Tigijiet Tradizzjonali Bil Wieqfa
 
Data
25-01-2022
 
Data li l-petizzjoni tagħlaq għall-firem
20-02-2022
 
Min ħoloq il-petizzjoni
DANIELLE MARIE SCERRI
 
Ilment
Fid-dawl tar-regolamenti l-ġodda il-ministru tas-saħħa Onor. Fearne iddiskuta kollox ħlief it-tiġijiet, inħossuna frustrati li għal darb’oħra ġejna minsija. Inħossu li kien hemm inġustizzja fil-konfront tagħna meta wieħed iqis li anke qed jiddiskutu tibdil fir-ristrizzjonijiet tal-festi. Dejjem ikun hemm aktar minn 300 ruħ fil-festi u għalhekk huwa ġust li jipprovdu l-istess regoli lejn tiġijiet. Diġà ħloqna petizzjoni b’bosta emails lil Robert Abela, Chris Fearne u Charmaine Gauci fejn semmejna l-istress finanzjarju u emozzjonali li qeghdin jitfaccjaw il-koppji. Sfortunatament ma rcevejna l-ebda risposta.

Ghalhekk hassejna li ma kien baqgha l-ebda għażla ħlief li noħolqu t-tieni petizzjoni permezz tal-parlament bl-istess mudell ta’ qabel, bit-tama li jinbidlu r-regolamenti tat-tigijiet ghal-aħjar.


Għaddew aktar minn sentejn iżda xorta waħda ħafna nies li ilhom joħolmu bit-tieġ tagħhom m għandhomx għażla oħra ħlief li jippjanaw tieġ bilqiegħda. Il-koppji qed jonfqu eluf aktar għal tieġ li hu ferm differenti minn dak li xtaqghu.
Ristoranti u stabbilimenti oħra qed jingħataw il-libertà li jakkomodaw aktar nies u avvenimenti, madankollu r-regolamenti għat-tiġijiet ma nbidlux.
Iva, it-tiġijiet huma dwar iż-żewġ persuni li jibdew ħajja miżżewġa flimkien, madankollu ħafna nies ħolmu li jiċċelebrawha mal-familja u ħbieb qrib fit-tiġijiet tipiċi tradizzjonali Maltin.

Ilkoll ħaqqna li jkollna t-tieġ tal-ħolm tagħna!
Nittama li l-gvern Malti jieħu din il-petizzjoni bis-serjetà peress li sissa ħadd ma sema b xi ħadd li sar pożittiv għall-covid wara li attenda tieġ.

Għandu jkun hemm aktar għażliet biex isir tieġ bil-wieqfa bit-testijiet tal-PCR għal dawk mhux imlaqqma jekk ikun hemm bżonn, madankollu r-regolamenti jridu jinbidlu! Ir-regolamenti zzammew l-istess għal wisq żmien issa! Għandna dritt li niċċelebraw it-tieġ kif ilkoll inizjalment ippjanajna u ridna!
 
Għaldaqstant umilment nitlob/nitolbu lill-Kamra tad-Deputati sabiex
Qed nitolbu reviżjoni tar-regolamenti relatati mat-tiġijiet bil-wieqfa. Nipproponu PCR tests għal dawk li mhumiex imlaqqma, li se jippermettilna li jkollna tiġijiet bil-wieqfa kif ħafna minna oriġinarjament ippjanajna u xtaqna.
 
Rimarki tal-għeluq
Jekk jogħġbok ara d-dikjarazzjoni tal-petizzjoni