Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Petizzjoni Nru: 3 Signatures: 184

L-Erbatax-il Leġislatura (2022 - 2026)

Details - B'mod elettroniku

Titlu
Evans Building - Klinika Kompluta U Centru ghat-Tfal
 
Data
20-05-2022
 
Data li l-petizzjoni tagħlaq għall-firem
22-07-2022
 
Min ħoloq il-petizzjoni
BILLY JOE MC BEE
 
Ilment
Hekk kif Evans Building jinsab propju hdejn is-Sagra Infermerija, magħrufa bhala Dar Mediterran nissuġġerixxu illi minflok Lukanda jew possibilitajiet oħrajn, din il-binja tal-Poplu tiġi kunsidrata bħala Klinika Kompluta b’implimentazzjoni ta’ Centru ghat-Tfal ghar-Residenti Beltin. Il-Binja hija ideali f'każ illi xi tfal mill-iskola ikorru, iweggaw jew ikollhom xi kundizzjoni illi tista' titfagħhom f'sitwazzjoni bejn hajja jew mewt. (Asthma, Epilepsja, Allerġija, Użu ghal-AEC.. etc). L-aċċess ta din il-Klinika hija waħda strateġika, faċli biex kullħadd issibha, kif ukoll faċli biex fil-kobor tagħha ikollha numru sostanzjali ta servizzi immedjati ta' assistenza medika.
 
Tqassim:
B' ħames parkeġġi Drop Off
B' ħames parkeġġi Stand-By
Garage ghall-Ambulanza Tal-Lokal illi diġà qiegħed fil-ġenb tal-binja.
L-intenzjoni tal-ambulanza tal-lokal isservi sabiex tqassar il-hin sabiex tasal ambulanza minn barra mil-Belt, tkun tista’ sservi ghall-uzu ta’ pazjenti fil-lokalitajiet tal-madwar.

Servizzi ta’ Units:
Oncology, Ophthalmic, Blood & Warfarin, Cardiac, Diabetes, I.B.S, X-Rays, ECG, Fibromyalgia, GP Home Visits & Walk-ins with extended 24 hours, Gynaecology, Mental Health Services, Physiotherapy, Treatments, Orthopaedic, Chiropractor, POYC & Prescription, Plaster, Podiatry, Oxygen, School Health Services, Basic Emergency, Speech, Sports and Exercise Medicine Unit, Baby Clinic, Burns & Wound Unit…etc

Filwaqt illi l-parti sservi ghal-skopijiet mediċi, u ta' emerġenza il-biċċa tista' isservi ghal-skopijiet oħrajn bħal; Child Care Unit għal-matul il-ġurnata.

L-erbgħa uffiċini li infetħu ġewwa l-Kunsill Lokali jiġu ssugeriti bħala Ċentru “Multi Service One Stop Shop” ghall-użu tal-Kommunità’ Micro-Units: għal-ID Cards, Arms, Enemalta, Reġistru Pubbliku, Counseling / Social Workers, Servizzi Soċjali, Ħlas ta’ kull tip ta’ kontijiet kemm Governattivi u non-Governattivi, Ċentru ta' Votazzjoni sabiex l-iskola Primarja titħalla mingħajr ebda tfixkil.
 
Għaldaqstant umilment nitlob/nitolbu lill-Kamra tad-Deputati sabiex
Nappellaw ghall-kollaborazzjoni u sapport mill-Kamra tar-Raprezentanti, flimkien mal-Istat, Kunsill Lokali u kull entita konessa ma dan it-tip ta' progetti u decizzjonijiet. Grazzi; ResidentiBeltin
 
Rimarki tal-għeluq
Nappellaw b'permezz ta' dan il-messaġġ tiġi kunsidrata l-binja ta' Evans Building tibqa' ghall-użu tal-Kommunità Beltija bħalma kienet u b'hekk għandha dejjem tibqa'. Naqblu fl-aspett illi għandhom issiru proġetti, iżda, nixtiequ nesprimu l-nuqqas ta' proġetti li jġibu dinjità u ħsieb lejna r-residenti Beltin. F'bosta lokalitajiet madwar Malta u Għawdex issiru investimenti mill-Istat ghar-residenti, il-Belt tinsab imwarrba minn dan l-aspett. Aħna il-Beltin stmati minn dawk li suppost qegħdin hemm ghal-ġid u interess tagħna?