Petizzjoni sabiex il-Gvern Malti jieħu pożizzjoni kontra l-proposta tal-UE ChatControl
Data li l-petizzjoni tagħlaq għall-firem
Il-proposta ChatControl tal-UE hi waħda li thedded serjament id-dritt fundamentali għall-privatezza ta kull ċittadin billi timponi s-sorvejlanza ta’ kull komunikazzjoni diġitali privata, inklużi l-messaġġi u r-ritratti kriptati billi timplimenta l-client-side scanning.
Minbarra hekk, il-politiċi fl-UE se jkunu eżentati minn din il-proposta, grazzi għas-sigurtà professjonali li jgawdu - element li joħloq double standard fejn iċ-ċittadini se jkunu ssorveljati waqt li dawk fil-poter jibqgħu protetti.
Waqt li l-intenzjoni biex jiġu protetti t-tfal hija waħda nobbli, l-proposta tista titfa s-sigurtà diġitali faktar periklu billi tintroduċi vulnerabbilitajiet li jistgħu jiġu abbużati.
Filfatt, aktar minn 500 xjentisti minn 34 pajjiż differenti ffirmaw ittra kontra l-proposta, fejn minbarra li insistew li l-proposta thedded is-sigurtà ta kull ċittadin, qalu wkoll li t-teknoloġija ta bħalissa mhix avvanzata biżżejjed għal din il-proposta, minħabba l-false positives speċjalment meta wieħed juża xi terminu li jkollu aktar minn tifsira waħda u li jista jiġi interpretat b mod ħażin
Għalhekk, nemmnu li din il-proposta se thedded serjament l-privatezza, is-sigurtà u l-libertà ta kull ċittadin Malti u Ewropew.
Għaldaqstant umilment nitlob/nitolbu lill-Kamra tad-Deputati sabiex
1. Jieħu pożizzjoni kontra l-proposta ChatControl, li 5 MEPs Maltin li diġa wrew li mhumiex komdi biha, u;
2. Iħeġġeġ l-Gvern Malti u r-rappreżentanti Maltin kollha fl-Unjoni Ewropea biex jivvutaw kontra l-proposta, sabiex d-dritt għall-privatezza u libertà ta kull ċittadin jiġi protett.
Jekk din il-proposta tgħaddi, kull forma ta' komunikazzjoni privata, inklużi r-ritratti, il-messaġġi u l-fajls li tibgħat se jiġu sorveljati awtomatikament - mingħajr il-kunsens tiegħek. Din hi sorveljanza tal-massa imposta fuq il-450 miljun ċittadin tal-Unjoni Ewropea u Malta - u proposta li tpoġġi d-drittijiet fundamentali tiegħek f'periklu.