Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Petizzjoni Nru: 83 Signatures: 1067

L-Erbatax-il Leġislatura (2022 - 2026)

Details - B'mod elettroniku

Titlu
Il-Futur ta l-Edukazzjoni tal-Persuni b Diżabilit
 
Data
17-02-2026
 
Data li l-petizzjoni tagħlaq għall-firem
19-04-2026
 
Min ħoloq il-petizzjoni
REBECCA SCICLUNA
 
Ilment
Aħna, in-nies li iffirmajna, qed nesprimu t-tħassib serju tagħna dwar il-futur ta’ Wardija Resource Centre u dwar xi jfisser dan għall-istudenti b’diżabilità li għandhom 16-il sena jew aktar.
Iċ-Ċentru m’għadux imniżżel bħala għażla ta’ reġistrazzjoni għall-istudenti b’diżabilità bejn is-16 u t-22 sena. Minkejja li saru assigurazzjonijiet li ċ-Ċentru “se jibqa’ miftuħ”, in-nuqqas ta’ dħul ta’ studenti ġodda jqajjem dubji serji. Skola mingħajr studenti ġodda, fil-prattika, hija skola li qed tiġi mneħħija gradwalment.
In-nuqqas ta’ għażliet edukattivi ċari u aċċessibbli għall-istudenti b’diżabilità wara l-età ta’ 16-il sena huwa allarmanti. Dan juri pass lura fl-edukazzjoni inklussiva u joħloq riskju reali li dawn ż-żgħażagħ jitħallew mingħajr opportunitajiet ta’ tagħlim signifikanti u mingħajr mogħdijiet lejn l-indipendenza. Aktar inkwetanti minn hekk hemm l-implikazzjoni li adolexxenti u żgħażagħ adulti b’diżabilità jistgħu jitpoggew f’ istituzzjonijiet jew tqegħid mhux xieraq ladarba jaqbżu ċerta età.
Dan in-nuqqas ta’ trasparenza huwa inaċċettabbli. In-nies għandhom id-dritt għal informazzjoni ċara u aċċessibbli dwar l-intenzjonijiet, il-pjanijiet u l-iskedi ta’ żmien relatati maċ-Ċentru u mal-edukazzjoni wara s-16-il sena għall-istudenti b’diżabilità. Deċiżjonijiet bħal dawn ma jistgħux jittieħdu wara bibien magħluqa.
Persuni b’diżabilità għandhom id-dritt għall-istess ekwità, dinjità u opportunitajiet edukattivi bħal studenti oħra. L-edukazzjoni tagħhom m’għandhiex tieqaf fl-età ta’ 16-il sena. Għaldaqstant, qed nitolbu trasparenza sħiħa mill-awtoritajiet responsabbli u mill-Membri Parlamentari. Nitolbu li jiġu ddikjarati b’mod ċar il-pjanijiet u l-intenzjonijiet dwar iċ-Ċentru, u dwar programmi edukattivi oħra f’ambjenti inklussivi biex jiġu garantiti għażliet edukattivi kontinwi u b’riżorsi adegwati għall-istudenti bejn is-16 u t-22 sena, u li jiġi rispettat il-prinċipju fundamentali li studenti b’diżabilità għandhom l-istess dritt għall-edukazzjoni, l-opportunità u l-inklużjoni bħall-istudenti kollha.
 
Għaldaqstant umilment nitlob/nitolbu lill-Kamra tad-Deputati sabiex
Aħna qed nitolbu b’mod ċar u sod trasparenza sħiħa mill-awtoritajiet responsabbli u mill-Membri Parlamentari. Nitolbu li jiġu ddikjarati b’mod ċar il-pjanijiet u l-intenzjonijiet dwar il-Wardija Resource Centre, u dwar programmi edukattivi oħra f’ambjenti inklussivi biex jiġu garantiti għażliet edukattivi kontinwi u b’riżorsi adegwati għall-istudenti b’diżabilità bejn is-16 u t-22 sena, u li jiġi rispettat il-prinċipju fundamentali li studenti b’diżabilità għandhom l-istess dritt għall-edukazzjoni, l-opportunità u l-inklużjoni bħall-istudenti kollha.
 
Rimarki tal-għeluq
L-edukazzjoni hija dritt fundamentali, u studenti b’diżabilità jistħoqqilhom l-istess opportunitajiet bħal kull student ieħor. Huma jistħoqqilhom ambjent edukattiv xieraq li jippromwovi l-ekwità, opportunitajiet u l-inklużjoni, waqt li nwarbu l-istituzzjonalizzazzjoni. Aħna jistħoqqilna wkoll trasparenza dwar kif dawn is-sistemi inklużivi jiġu żviluppati u implimentati, sabiex inkunu nistgħu nkomplu nimxu ’l quddiem u nipprovdu l-opportunitajiet xierqa għal kulħadd.