Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Petizzjoni Nru: 6 Signatures: 248

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - 2022)

Details - B'mod elettroniku

Titlu
Il-possibilità li ċittadini jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom f’wieħed mill-ilsna uffiċjali
 
Data
09-10-2018
 
Data li l-petizzjoni tagħlaq għall-firem
23-12-2018
 
Min ħoloq il-petizzjoni
DAVID LORENZO ALVAREZ
 
Ilment
Permezz ta’ din il-petizzjoni, ġentilment qed nitolbu lill-Kamra tar-Rappreżentanti sabiex temenda jew tintroduċi l-leġislazzjoni relevanti sabiex, b’mod ekwu, ikun żgurat li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għall-aċċess ta’ servizzi pubbliċi, inkluż fil-Qrati tal-Ġustizzja, f’waħda mill-ilsna uffiċjali tar-Repubblika ta’ Malta.

Dan qed jintalab mingħajr ebda preġudizzju għall-pożiżżjoni tal-ilsien Malti bħala l-Ilsien Nazzjonali.

Jeżistu sitwazzjonijiet fejn ċertu ċittadini u anke investituri barranin, bl-istess mod, mhux dejjem huma fil-kundizzjoni li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b’mod ekwu (meta jiġu biex jinqdew b’xi servizz pubbliku jew biex jużaw is-servizzi fil-Qrati tal-Ġustizzja) minħabba nuqqas ta’ għarfien ta’ wieħed mill-ilsna uffiċjali. Dan qed iseħħ minkejja t-tkabbir ekonomiku, is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u l-integrazzjoni tagħha fis-swieq internazzjonali.
 
Għaldaqstant umilment nitlob/nitolbu lill-Kamra tad-Deputati sabiex
Din is-sitwazzjoni toħloq sitwazzjonijiet fejn persuni li ma jitkellmux bl-Ingliż jew bil-Malti ma jistgħux jinqdew minn servizz pubbliku (inkluż dawk ipprovduti mill-Qrati tal-Ġustizzja) jew li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.

Dan huwa wkoll il-kas meta investituri internazzjonali jsibu ruħhom f’sitwazzjonijiet fejn m’huwiex possibbli għalihom li jirrikorru għall-Qrati tal-Ġustizzja, saħansitra meta ebda avukat jew rappreżentant ma hu meħtieġ.
 
Rimarki tal-għeluq
Il-Mandat Kostituzzjonali li kien għażel l-Ilsien Malti bħala l-lingwa tal-Qrati ma għandux jintuża bħala bażi biex liġi bħall-Att dwar il-Proċeduri Ġudizzjarji (Użu tal-Ilsien Ingliż) tal-1965 (Kap 189) ma tinbidilx.

Aħna hawn taħt iffirmati, nemmnu wkoll li Artiklu 5 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta tagħti l-awtorità lill-Parlament ta’ Malta biex jilleġiżla għal sistema iktar ekwa u ġusta, fuq il-linji ta’ mudelli diġà fis-seħħ f’pajjiżi oħra, bħal dawk imħaddma fir-Repubblika tal-Irlanda, fil-Lussemburgu, fil-Kanada, fl-Isvizzera jew fi Brussell. Dawn il-mudelli joffru l-possiilità li persuna jkollha l-fakultà li teżerċita d-dritt tagħha li tinqeda minn servizz pubbliku jew fil-Qrati f’waħda mill-ilsna uffiċċjali, u fejn dan ma jkunx possibbli li din il-persuna tingħata l-għajnuna fil-forma ta’ traduttur jew interpretu.