Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Petizzjoni Nru: 8 Signatures: 487 Iffirma l-Petizzjoni

Il-Ħmistax-il Leġislatura (2026 -)

Details - B'mod elettroniku

Titlu
Petizzjoni mir-Residenti tas-Swieqi bl-appoġġ tal-Kunsill Lokali tas-Swieqi
 
Data
05-08-2026
 
Data li l-petizzjoni tagħlaq għall-firem
10-10-2026
 
Min ħoloq il-petizzjoni
NOEL MUSCAT
 
Ilment
Din hija petizzjoni maħluqa mir-residenti ta’ Swieqi bl-appoġġ tal-Kunsill Lokali ta’ Swieqi. L-għan hu li toħloq kuxjenza u tagħti bidu għal soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet li qed jagħmlu l-ħajja ta’ kuljum miżerabbli għar-residenti f’din il-lokalità, jiġifieri: l-istorbju f’kull ħin tal-ġurnata u tal-lejl, il-vandaliżmu, il-kriżi taż-żibel, imġieba antisoċjali u mhux ċivili, u short-lets mhux regolati.
 
Għaldaqstant umilment nitlob/nitolbu lill-Kamra tad-Deputati sabiex
tiddiskuti u timplimenta l-miżuri ta hawn taħt:
1. Moratorju fuq il-Permessi – Jiġu iffriżati l-approvazzjonijiet tax-short-lets sakemm isir Carrying Capacity Study, biex deċiżjonijiet ikunu bbażati fuq evidenza.
2. Klassifikazzjoni Legali Ġdida – Ix-short-lets jitqiesu Kategorija D (Użu Kummerċjali). Dan jittrattahom bħala operazzjonijiet kummerċjali.
3. Ippjanar u Koordinazzjoni tal-MTA – Il-PA trid l-approvazzjoni tal-MTA qabel ma jingħata permess għal bidla fl-użu.
4. Approvazzjoni tal-Ġirien – Kull bidla fl-użu ġewwa blokk residenzjali biex issir short-let trid teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel mill-ġirien fil-viċinat immedjat.
5. Limiti Lokalizzati – Jiġu limitati x-short-lets kif miftiehem mill-MTA u l-Kunsill Lokali. Dan iżomm il-bilanċ tal-komunità.
6. Liċenzjar Kundizzjonali – Jinħarġu biss permessi tal-MTA li jkollhom klawżoli sodi dwar skart, storbju u vandaliżmu, li toħloq responsabbiltà diretta għas-sidien\operaturi.
7. Regolamenti Modernizzati – Jinbidlu r-regoli skaduti b leġiżlazzjoni tħares lejn il-futur biex isservi l-ħtiġijiet ta għada.
8. Rekwiżit tal-Ġestjoni tal-Iskart – Ma tingħata l-ebda liċenzja bla kamra taż-żibel\ġbir privat. Dan jindirizza inkonvenjent u periklu għas-saħħa pubblika.
9. Infurzar Konġunt – L-MTA u l-Kunsill Lokali jikkoordinaw il-monitoraġġ. Dan jiżgura li l-konformità tkun reali.
10. Garanzija tas-Sidien\Operaturi – Tibda tinħtieġ garanzija finanzjarja iddepożitata mal-MTA. Dan joħloq deterrent għall-ksur tar-regoli.
11. Pulizija Msaħħa – Żieda fir-rondi ta’ bil-lejl bil-mixi u vetturi. Dan jiskoraġġixxi storbju, vandaliżmu u imġieba ħażina.
12. Ħinijiet tal-Ħwienet tal-Alkoħol – Jiġi ristrett il-bejgħ tal-alkoħol wara d-9pm f żoni residenzjali.
13. Ħwienet miftuħin 24\7 – Il-lokalità m’għandhiex bżonn ta’ ħwienet li jiftħu 24\7 għax hija lokalità primarjament ta’ prijorità residenzjali.
14. Blokki kbar ta Appartamenti – Dawk li huma mikrija bħala short-lets irid jkollhom persuni tas-sigurtà 24\7, li joħloq deterrent għall-imġieba antisoċjali.
 
Rimarki tal-għeluq
Biex nagħlqu, is-sitwazzjoni attwali saret insostenibbli, u insopportabbli għar-residenti kollha. Jeħtieġ li tittieħed azzjoni konkreta u fattibbli issa, biex jerġgħu jinkisbu il-paċi u l-mistrieħ għar-residenti.
Issa qed nitolbu lir-residenti kollha li jaqblu ma' dan ta' hawn fuq biex jiffirmaw din il-petizzjoni sabiex inkunu nistgħu nippreżentawha lil Membru Parlamentari biex jippreżentaha lill-Parlament għal diskussjoni.