Petizzjoni li Ssejjaħ għall-Abolizzjoni tal-Proċessi bil-Ġurija fil-Proċedimenti Kriminali.
Data li l-petizzjoni tagħlaq għall-firem
Aħna, hawn taħt iffirmati, bir-rispett niġbdu l-attenzjoni tal-Kamra tar-Rappreżentati għan-nuqqasijiet dejjem jikbru u għan-natura antikwata tas-sistema tal-ġurija fil-qafas tal-ġustizzja kriminali f’Malta.
B’mod partikolari qed niġbdu l-attenzjoni li:
Il-verdetti mhumiex motivati bir-raġuni. Il-ġurati jaslu għall-verdetti mhux raġunati, jiddikjaraw ħtija jew nuqqas ta’ ħtija mingħajr ma jispjegaw ir-raġunament tagħhom legali jew fattwali. Dan kollu jimmina t-trasparenza pubblika, iħalli lill-vittmi u lill-konvenuti mingħajr ċarezza, u jillimita serjament il-possibilità li jitresqu appelli effettivi.
Illum il-ġurnata l-evidenza hija kumplessa wisq għall-biċċa l-kbira tan-nies. Kull ma jmur il-proċessi kriminali qed jinvolvu iktar evidenza teknika, finanzjarja, u forensika kumplessa li titlob evalwazzjoni ġudizzjarja formali.
Ir-riskju ta’ influwenza mid-dinja ta’ barra hu għoli wisq. Filwaqt, li xhur sħaħ ta’ sekwestru iwassal biex il-ġurati ma jkunux psikoloġikament f’kundizzjoni tajba biex jeżaminaw l-evidenza kollha.
F’popolazzjoni fejn kulħadd jaf lil kulħadd, il-ġurati min-natura tagħhom huma suxxettibbli għal kampanji pubbliċi qawwija, rappurtaġġ tagħhom fil-media, u intimidazzjoni. Dan kollu ixekkel il-garanzija ta’ ġuri imparzjali.
Għaldaqstant umilment nitlob/nitolbu lill-Kamra tad-Deputati sabiex
Għaldaqstant nappellaw lill-Kamra tar-Rappreżentanti biex tibda r-riforma leġislattiva u kostituzzjonali meħtieġa sabiex jabolixxi l-użu tal-ġurati fil-proċessi kriminali.
Inħeġġu lill-Parlament biex jibdel is-sistema tal-qorti kriminali f’Malta għall-sistema fejn il-kawżi jiġu deċiżi minn ġudikatura professjonali, bħalma huma bordijiet b’imħallfin kwalifikati jew imħallef wieħed. Dan jiżgura li kull verdett kriminali jingħata permezz ta’ sentenza bil-miktub, motivata bir-raġunament, u mibnija fuq l-kontabbilità
L-aġġornament tal-proċess ġudizzjarju tal-pajjiz sabiex jiġu eliminati verdetti mhux iggustifikati huwa essenzjali biex jissaħħu l-fiduċja tal-pubbliku, it-trasparenza u ċ-ċertezza legali.
Nirringrazzjaw lill-Kamra tad-Deputati talli qed tikkunsidra din il-petizzjoni u nħarsu ’l quddiem għal dibattitu parlamentari kostruttiv dwar riforma sinifikanti tas-sistema tal-qrati kriminali tagħna.