Inwaqqfu il-mina bejn Malta u Ghawdex
Data li l-petizzjoni tagħlaq għall-firem
Nemmnu li l-proposta tal-mina bejn Malta u Għawdex ser tikkawża ħsara irriversibbli.
Il-mina tfisser iżjed traffiku u arja mniġġsa, iktar bini u storbju.
Il-mina tfisser inqas żoni nodfa, parking u residenzi affordabbli.
Il-mina tfisser id-distruzzjoni ta’ Għawdex sempliciment biex jimtlew il-bwiet tal-investaturi.
Għaliex ma kien hemm l-ebda perjodi ta' konsultazzjoni jew referendum? Fejn huma l-alternattivi l-oħra, eżempju raba’ vapur, katamaran eċċ?
Għaliex ħadd ma staqsa xejn lill-Għawdxin dwar l-opinjoni tagħhom?
Għawdex hija unika u prezzjuża għalina l-Maltin u Għawdxin. Ma nistewx inħallu din il-gżira tiġi rrovinata għal raġuni ta’ regħba.
Għaldaqstant umilment nitlob/nitolbu lill-Kamra tad-Deputati sabiex
Twaqqaf il-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex