Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Petizzjoni Nru: 18 Signatures: 2898

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - 2022)

Details - B'mod elettroniku

Titlu
Inħarsu il-Gnien tal-Gzira
 
Data
16-09-2020
 
Data li l-petizzjoni tagħlaq għall-firem
14-11-2020
 
Min ħoloq il-petizzjoni
CONRAD BORG MANCHE`
 
Ilment
Petizzjoni lil Parlament biex jitlob lill-Gvern jissalvagwardja il-Ġnien tal-Gżira fl-intier tiegħu u biex ma jippermettix pompa tal-fjuwil tieħu xi parti minnu.

Il-komunità tal-Gżira u l-pubbliku Malti għandhom bżonn iddisprat ta’ spazji ħodor miftuħa f’l-urban li iktar ma jmur iktar qiegħed jikber. Uliedna m’għandhom imkien ieħor fejn jilagħbu, il-familji tagħna m’għandhom imkien ieħor fejn jiltaqgħu, iċ-ċittadini anzjani tagħna m’għandhom imkien ieħor fejn jistrieħu. Il-Ġnien tal-Gżira huwa l-aħħar oasi li fadal fil-lokalità tagħna li hija fgata u soffokata bil-kostruzzjoni, kummerċjalizzazzjoni u traffiku.
 
Għaldaqstant umilment nitlob/nitolbu lill-Kamra tad-Deputati sabiex
Aħna nitolbu li l-ebda parti mill-Ġnien tal-Gżira, li huwa l-aħħar spazju miftuħ prezzjuż, ma tingħata taħt kwalunkwe forma ta’ titlu, kiri jew skambjata biex takkomoda pompa tal-fjuwil, ħasil tal-karozzi u faċilitajiet anċillari sabiex il-pubbliku jibqa’ jgawdi il-firxa sħiħa ta dan l-ispazju. Dan il-ġnien ta’ 20,000 metru kwadru huwa in-nifs għall-lokalitajiet tal-madwar bl-aktar densità tal-popolazzjoni gewwa pajjiżna. L-interess taċ-ċittadini jiġi l-ewwel u qabel kollox.
 
Rimarki tal-għeluq
Grazzi talli ser tkunu magħna għal din il-kawza.