Tmissux il-Liġi dwar l-aċċess taċ-ċittadini għall-Inkjesti Maġisterjali
Data li l-petizzjoni tagħlaq għall-firem
Fil-15 ta' Diċembru 2024 l-Prim Ministru Robert Abela ordna lill-Ministru ta-Ġustizzja jirriforma s-sistema kurrenti ta' inkjesti maġisterjali biex, skontu, iċ-ċittadini ma jabbużawx mis-sistema.
Dan l-ordni tal-Prim Ministru jikkostitwixxxi periklu għad-demokrazija f'Malta.
Il-Kummissarju tal-Pulizija preżenti rrifjuta li jinvestiga każijiet ta' kondotta dubjuża min-naħa ta' politiċi bosta drabi f'dawn l-aħħar erba' snin u nofs.
L-Inkjesta Maġisterjali hija għalhekk l-uniku mezz li għandu ċ-ċittadin komuni biex jitlob investigazzjoni f'allegat imġiba hażina min-naħa ta' politiċi.
Għalhekk qegħdin nitolbu lill-Onorevoli membri kollhata' dan il-Parlament biex ma jemendawx din il-liġi minn kif inhi, għaliex inkella jagħmluha aktar diffiċli għaċ-cittadini biex jkollhom aċċess għall-ġustizzja.
Għaldaqstant umilment nitlob/nitolbu lill-Kamra tad-Deputati sabiex
Ma tiġi aċċettata l-ebda emenda għal din il-liġi
Nittamaw li d-drittijiet taċ-ċittadini għat-trasparenza u l-ġustizzja ma jiġux mittiefsa