Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru IV tal-2016 - Att li jemenda Diversi Liġijiet (Riforma tal-Ġustizzja) (Proċedura Ċivili)

It-Tnax-il Leġiżlatura (2013 - 2017)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 19 Jannar 2016

Abbozz Nru 124 - Abbozz ta’ Ligi li jemenda Diversi Ligijiet (Riforma tal-Gustizzja) (Procedura Civili)

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma biex jiġu implimentati r-riformi proposti tas-sistema ġudizzjarja fil-qasam tal-proċedura ċivili. L-Abbozz ta’ Liġi jipprovdi biex togħla l-kompetenza tal-Qorti tal-Maġistrati u tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar, jipproponi miżuri biex titħaffef in-notifika ta’ atti ġudiżżjarji, joħloq reġistru elettroniku għal persuni interdetti u persuni inabilitati u jipproponi miżuri biex jitrażżnu proċeduri frivoli u vessatorji fil-qrati sabiex il-qrati jkunu aktar effiċjenti. L-Abbozz ta’ Liġi jiċċara wkoll l-kwistjoni dwar il-kompetenza tat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva dwar ir-reviżjoni ta' atti amministrattivi.

Mozzjoni Nru 267 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi Liġijiet (Riforma tal-Ġustizzja) (Proċedura Ċivili)