Minuti.
Diskussjoni mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin fuq:
i) is-sitwazzjoni fis-Sirja;
ii) il-laqgħa informali tal-Kunsill għall-Ministri għall-Affarijiet Barranin (Gymnich) li inżammet fil-Litwanja fis-6 u 7 ta' Settembru 2013;
iii) il-laqgħa dwar is-Somalja li nżammet fi Brussell fis-16 ta' Settembru 2013; u
iv) ir-rapport tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra għall-perjodu Settembru 2012 u Frar 2013 skont Art. 7 (2) tal-Att tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra (Kap. 515).
Laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ghana, E.T. Hanna Serwaa Tetteh.
Konsiderazzjoni ta' proposta leġislattiva fir-rigward tal-prinċipju tas-sussidjarjetà - opinjoni motivata dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas fuq aċċess għas-suq għas-servizzi portwarji u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet (KUMM(2013)296).
Affarijiet oħra.
It-Tnax-il Leġiżlatura (2013 - 2017)
Laqgħat