Skip to main content
Parlament ta' Malta
Lingwa: en   |  Fittex  |  Ikkuntattjana

Lingwa: en   |  Fittex  |  Ikkuntattjana

Kumitat dwar il-Petizzjonijiet

It-Tnax-il Leġiżlatura (2013 - 2017)


Estratt mill-Ordnijiet Permanenti

120K(1) Il-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet ikollu s-setgħa li jikkunsidra l-petizzjonijiet li l-Kamra tirċievi bil-mod stabbilit fl-Ordnijiet Permanenti.
(2) Il-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet ikun magħmul minn ħames Membri, li minnhom tlieta jiġu maħtura min-naħa tal-Gvern li wieħed fosthom ikun il-President tal-Kumitat u tnejn min-naħa tal-Oppożizzjoni.
(3) Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi (3) u (4) tal-Ordni Permanenti 120B għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet.