Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 88
Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet (Amministrazzjoni aħjar tal-Ġustizzja) Lura għal-Lista

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - )

Ġie diskuss L-Ewwel Qari Tieni Qari Kumitat Kunsiderazzjoni mill-ġdid fil-kumitat Tielet Qari
Seduta Nru 137  -  04 Lul 2018
Sessjoni Plenarja
⦿
Seduta Nru 243  -  01 Lul 2019
Sessjoni Plenarja
⦿

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u raġunijiet ta’ dan l-Abbozz huma sabiex, primarjament, jintroduċu emendi għall-amministrazzjoni aħjar tal-Ġustizzja, u b’mod partikolari sabiex:
(1) tiġi trasposta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/845/JHA tas-6 ta’ Diċembru 2007 dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi tal-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta’ rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha;
(2) ikun hemm bażi legali, fi proċedimenti kriminali li jkunu ttieħdu bil-kwerela tal-parti leża jew offiża, meta l-kwerelant jiddeċiedi li jirrinunzja għall-azzjoni, li tippermetti lir-reġistratur li jirkurpra l-ispejjeż inkorsi li jkollhom x’jaqsmu mal-ħatra ta’ esperti jew periti (inklużi dawk tal-esperti li jkunu ġew maħtura fl-istadju tal-proċess verbal tal-inkjesta); u
(3) tiġi riveduta l-proċedura ta’ eżekuzzjoni tal-mandati ta’ arrest tal-vapuri jew bastimenti.

Mozzjoni Nru 145 - Abbozz ta' Liġi li jemenda diversi liġijiet (Amministrazzjoni aħjar tal-Ġustizzja)

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek