Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta' Għawdex

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - 2022)


Estratt mill-Ordnijiet Permanenti

EMENDA GĦAL ORDNI PERMANENTI 120A U ORDNI PERMANENTI ĠDID 120L

 

(a)         Fl-Ordni Permanenti 120A, minnufih wara l-paragrafu (ix) tiegħu, jidħol dan il-paragrafu ġdid: “(x) Il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta’ Għawdex.”;

(b)         Minnufih wara l-Ordni Permanenti 120K għandu jiżdied l-Ordni Permanenti ġdid 120L flimkien ma’ nota marġinali kif ġej:

“Il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta’ Għawdex.

120L.  (1) Il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta’ Għawdex għandu jittratta l-materji kollha marbuta ma’ Għawdex u li jevalwa, janalizza u jivverifika l-leġiżlazzjoni li tirrigwarda jew tolqot b'xi mod l-affarijiet ta' Għawdex.

(2)     Il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta’ Għawdex għandu jkun magħmul minn mhux iktar minn ħames membri li minnhom tlieta jikkostitwixxu quorum. Il-membri għandhom ikunu appuntati b'dak il-mod li jkunu ġustament jirrappreżentaw lill-Kamra b'mod ġenerali, u proporzjonali skont l-għadd ta’ membri tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni, b’mod partikolari.

(3)     Wieħed minn dawk il-Membri nominati min-naħa tal-Gvern għandu jinħatar bħala president tal-Kumitat.

(4)  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi (3) u (4) tal-Ordni Permanenti 120B japplikaw mutatis mutandis għall-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta’ Għawdex.”.