Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru XIV tal-2026 - Att dwar il-Protezzjoni ta’ Adulti f’Sitwazzjonijiet ta’ Vulnerabbiltà

L-Erbatax-il Leġislatura (2022 - 2026)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 24 April 2026

Abbozz Nru 173 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni ta’ Adulti f’Sitwazzjonijiet ta’ Vulnerabbiltà

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma sabiex jipprovdi qafas legali għall-għoti tal-assistenza u l-protezzjoni lill-adulti f’sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà li huma f’riskju ta’ ħsara, abbuż jew negliġenza, inkluż fir-rigward tal-għoti ta’ servizzi rilevanti, permezz ta’ pjanifikazzjoni ċentrata fuq il-persuna u l-intervent tal-qrati, joħloq sistema ta’ ċertifikati ta’ approvazzjoni għal persuni li jaħdmu ma’ dawn l-adulti, u reġistru ta’ trasgressuri, u jwettaq emendi konsegwenzjali fl-Att dwar ir-Ratifika tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Internazzjonali tal-Adulti, Kap. 633.

Mozzjoni Nru 462 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni ta' Adulti f’sitwazzjoni ta’ vulnerabilità