Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru XVI tal-2025 - Att li jemenda l-Kostituzzjoni ta’ Malta

L-Erbatax-il Leġislatura (2022 - 2026)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 27 Ġunju 2025

Abbozz Nru 134 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma li jemendaw il-Kostituzzjoni ta’ Malta fir-rigward tal-qasam tal-ġustizzja. B’mod partikolari l-emendi jipprovdu għat-tneħħija tal-esklużjoni tal-Imħallfin u tal-Prim Imħallef milli jinħatru fil-kariga ta’ President ta’ Malta, għat-twaqqif ta’ tliet (3) sezzjonijiet fil-Qorti Kostituzzjonali, għat-twaqqif ta’ proċedura kostituzzjonali għall-involviment tal-ġudikatura fil-proċess tal-ħatra tal-Prim Imħallef u għall-possibbiltà li Imħallef tal-Qrati Superjuri u Maġistrat tal-Qrati Inferjuri jibqgħu jservu fil-kariga sal-età ta’ sebgħin (70) sena, kif soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja ta’ tali tiġdid fil-kariga. L-Abbozz ta’ Liġi jipprovdi wkoll għat-tibdil fil-proċedura għad-determinazzjoni ta’ ilmenti kontra membri tal-professjonijiet legali sabiex jipprovdi għal termini aktar fattibbli fis-sitwazzjoni kurrenti, kif ukoll jiġi stabbilit u rregolat l-irwol u l-ħatra tal-Kummissarju għall-Istandards tal-Ġudikatura u jiġi mġedded il-qafas li jirregola l-proċeduri dixxiplinarji kontra l-Imħallfin u l-Maġistrati. Dan l-Abbozz ta’ Liġi jipprovdi wkoll illi fin-nuqqas
ta’ approvazzjoni b’maġġoranza ta’ żewġ terzi għall-ħatra ta’ Awditur Ġenerali ġdid, l-Awditur Ġenerali attwali għandu jibqa’ fil-kariga sakemm jinħatar Awditur Generali ġdid, u dan f’konformità mal-proċedura applikabbli għal karigi Kostituzzjonali oħra li jeħtieġu vot favur ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Kamra.

Mozzjoni Nru 357 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta' Malta