| Ikkuntattjana |
| Fittex
| Ġie diskuss | L-Ewwel Qari | Tieni Qari | Kumitat | Kunsiderazzjoni mill-ġdid fil-kumitat | Tielet Qari |
|---|---|---|---|---|---|
|
Seduta Nru 341
-
13 Mej 2025
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
|
Seduta Nru 347
-
27 Mej 2025
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
|
Seduta Nru 348
-
28 Mej 2025
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
|
Seduta Nru 039
-
09 Ġun 2025
Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi Aġġunt |
⦿ | ||||
|
Seduta Nru 358
-
23 Ġun 2025
Sessjoni Plenarja |
⦿ |
L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma li jemendaw il-Kostituzzjoni ta’ Malta fir-rigward tal-qasam tal-ġustizzja. B’mod partikolari l-emendi jipprovdu għat-tneħħija tal-esklużjoni tal-Imħallfin u tal-Prim Imħallef milli jinħatru fil-kariga ta’ President ta’ Malta, għat-twaqqif ta’ tliet (3) sezzjonijiet fil-Qorti Kostituzzjonali, għat-twaqqif ta’ proċedura kostituzzjonali għall-involviment tal-ġudikatura fil-proċess tal-ħatra tal-Prim Imħallef u għall-possibbiltà li Imħallef tal-Qrati Superjuri u Maġistrat tal-Qrati Inferjuri jibqgħu jservu fil-kariga sal-età ta’ sebgħin (70) sena, kif soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja ta’ tali tiġdid fil-kariga. L-Abbozz ta’ Liġi jipprovdi wkoll għat-tibdil fil-proċedura għad-determinazzjoni ta’ ilmenti kontra membri tal-professjonijiet legali sabiex jipprovdi għal termini aktar fattibbli fis-sitwazzjoni kurrenti, kif ukoll jiġi stabbilit u rregolat l-irwol u l-ħatra tal-Kummissarju għall-Istandards tal-Ġudikatura u jiġi mġedded il-qafas li jirregola l-proċeduri dixxiplinarji kontra l-Imħallfin u l-Maġistrati. Dan l-Abbozz ta’ Liġi jipprovdi wkoll illi fin-nuqqas
ta’ approvazzjoni b’maġġoranza ta’ żewġ terzi għall-ħatra ta’ Awditur Ġenerali ġdid, l-Awditur Ġenerali attwali għandu jibqa’ fil-kariga sakemm jinħatar Awditur Generali ġdid, u dan f’konformità mal-proċedura applikabbli għal karigi Kostituzzjonali oħra li jeħtieġu vot favur ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Kamra.
Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek
Nru {{pl.Number}} {{pl|titleFilter:lang}}