Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru XXII tal-2022 - Att li jemenda l-Att dwar it-Tiġdid ta' Kiri ta' Raba'

L-Erbatax-il Leġislatura (2022 - 2026)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 23 Diċembru 2022

Abbozz Nru 15 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Tiġdid ta' Kiri ta' Raba'

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma li jingħata lok biex jitħallas ammont ta’ kera għar-raba’ li jkun iżjed proporzjonat għall-valur tar-raba’ u dan bil-għan illi tiġi protetta l-attività agrikola mill-ispekulazzjoni u, jew sabiex ma jiġix perikolat it-titolu tal-kerrej fuq ir-raba’ abbażi ta’ nuqqas ta’ proporzjonalità ma’ valuri li ma
humiex fil-kuntest agrikolu . L-Abbozz ta’ Liġi jintroduċi l-possibilità li jinħarġu regolamenti jew linji gwida dwar il-kalkoli u l-istimi relattivi. L-Abbozz ta’ Liġi jipproponi wkoll emenda li tirregola s-sitwazzjoni ta’ persuni li jibqgħu jokkupaw razzett bħala r-residenza unika tagħhom u jintroduċi emenda oħra biex jippermetti wkoll element ta’ libertà kontrattwali bejn il-kerrej u sid il-kera f’ċerti ċirkostanzi permessi mil-liġi.

Mozzjoni Nru 69 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Rabà, Kap. 199