Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 144
Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar Lura għal-Lista

L-Erbatax-il Leġislatura (2022 - 2026)

Ġie diskuss L-Ewwel Qari Tieni Qari Kumitat Kunsiderazzjoni mill-ġdid fil-kumitat Tielet Qari
Seduta Nru 369  -  23 Lul 2025
Sessjoni Plenarja
⦿

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ liġi huma sabiex jistabbilixxu mill-ġdid it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar bħala aġġudikatur verament indipendenti u imparzjali, li jipprovdi għal garanzija ta’ kariga, kriterji definiti b’mod ċar għall-ħatra u t-tneħħija ta’ membri u garanziji ta’ awtonomija istituzzjonali skont standards kostituzzjonali u Ewropej ta’ ġustizzja amministrattiva, billi jintroduċi u jistabbilixxi proċeduri ġodda, sospensjoni ta’ permessi meta appell jiġi ppreżentat minn terza persuna interessata jew konsulent estern fir-rigward ta’ applikazzjoni għall-ippjanar, standards vinkolanti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet, jagħti finalità lid-determinazzjonijiet fattwali, u jintroduċi skadenzi obbligatorji sabiex jagħti effiċjenza lill-proċess. Barra minn hekk, dan l-Abbozz jipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-proċessi, kunċett ta’ preżentazzjoni u notifika diġitali, kontroll kontra abbużi u setgħat korrettivi wesgħin biex jiżgura ġustizzja effettiva u moderna.

Mozzjoni Nru 390 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek