Oġġezzjoni għall-estenzjoni tal-gaġeġ tat-tonn fil-Grigal ta' Malta
Data li l-petizzjoni tagħlaq għall-firem
Jien noġġezzjona għaż-żieda fin-numru ta’ gaġeġ tat-tonn f’żona li hi temporanja u li tinsab fil-Grigal ta' Malta. Dan ir-razzett tat-tonn jinsab barra San Pawl il-Baħar, il-Qawra u l-Għallies u s-sidien qed jitolbu li jirdoppjaw in-numru ta’ gaġeġ minn 12 għal 24 gaġġa, b'detriment għar-residenti, l-għawwiema u ħsara ambjentali marittima minn żjut u ħmieġ li t-trawwim tat-tonn fil-magħluq jikkaġuna. Jien kontra din l-estensjoni.
Għaldaqstant umilment nitlob/nitolbu lill-Kamra tad-Deputati sabiex
Fis-sajf tal-2016 il-kosta tal-Grigal ta’ Malta, b'mod partikolari x-Xemxija, San Pawl u l-Qawra ġew imniġġsa minn ħmieg li oriġina minn numru ta’ gaġeg tat-tonn, tant li l-baħar ma kienx tajjeb għal għawm u kien hemm ukoll inħawi fejn il-baħar niten. Dakinhar l-awtoritajiet sabu li n-numru ta’ gaġeg kien aktar mill-permess mitlub. Iż-żejda tneħħew.
Fis-sena 2017 il-PA iddeċidiet li 12-il-gaġġa tat-tonn jitqiegħdu f’post temporarju filwaqt fil-frattemp isir studju xjentifiku dwar l-impatt li jħalli t-tkabbir ta’ tonn fuq il-baħar. B’hekk il-ħsieb kien li jiġi determinat jekk l-post fejn tqiegħdu hux wieħed tajjeb jew le. Dan il-post transitorju jinsab 5 km barra mill-kosta ta’ San Pawl u n-numru ta’ gaġeg allokati hu 12. Ir-rapport tal-istudju għandu joħrog f’Mejju.
F’Diċembru tas-sena l-oħra ntefgħet applikazzjoni biex in-numru ta’ gaġeg jiżdied għal 24 proprju meta l-konklużjonijiet ta’ dan l-studju għadhom ma ntemmux. F’Jannar u Frar ta’ din is-sena n-numru ta’ gaġeg żdied illegalment għal 22. Saru protesti mal-PA u l-ERA, iżda minkejja dawn il-fatti, s-sitwazzjoni baqgħet l-istess.
Ta’ min jinnota li għalkemm il-gaġeg issa jinsabu 'l barra s-sitwazzjoni xorta hi waħda li nistgħu nesperjenzaw dak li seħħ fis-2016 jekk in-numru ta’ gaġeg jiżdied minn 12 għal 24 gaġġa. Jidher li l-awtoritajiet qed jagħlqu għajnejhom.
Oġġezzjoni EA 00007/18 għall-estensjoni tal-gaġeġ tat-tonn li jinsabu fil-Grigal ta' Malta