120B. (1) B’żieda mal-kumitati permanenti elenkati fl-ordni permanenti 120A, il-Kamra tista’ taħtar, b’mozzjoni li ssir wara li jingħata avviż, dawk il-kumitati permanenti li jistgħu jenħtieġ u sabiex jikkonsidraw abbozzi ta’ liġi jew xogħol ieħor miġjub quddiem kumitat permanenti jew lilu riferut mill-Kamra.
(2) Mozzjoni bħal dik imsemmija fil-paragrafu (1) ta’ dan l-ordni permanenti, għandha:
(a) tistabbilixxi l-għadd ta’ membri li joqogħdu fil-kumitat permanenti, li għandu hekk jintgħamel b’dak il-mod li jidher li jkun prattikabbli għall-Kamra b’hekk li jkun rappreżenta attiv b’mod ġust tal-Kamra b’mod ġenerali u proporzjonali skont l-għadd ta’ membri tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni b’mod partikolari; u
(b) tinnomina l-president li għandu jippresjedi l-kumitat permanenti.
(3) Kull naħa tal-Kamra għandha tinnomina lil dawk il-membri li jkunu ser jirrappreżentawha f’kumitat permanenti, u għandha wkoll tinnomina membri oħra li jidħlu minflok il-membri maħtura. Il-membri u dawk li jidħlu minflokh om li jkunu jirrappreżentaw lill-Gvern għandhom jiġu nominati mill-Kap tal-Kamra, filwaqt li l-membri u dawk li jidħlu minflokhom li jirrappreżentaw lill-Oppożizzjoni għandhom jiġu nominati mill-Kap tal-Oppożizzjoni. L-ismijiet tal-membri u ta’ dawk li jidħlu minflokhom li jkunu ġew hekk nominati u maħtura mill-Kamra għandhom jitniżżlu fil-minuti tas-seduta.
(4) Kull naħa tal-Kamra tista’ tissostitwixxi lil kull membru jew wieħed li jidħol floku minnha nominat skont il-paragrafu (3) ta’ dan l-ordni sabiex jirrappreżentaha f’kumitat permanenti. Dik is-sostituzzjoni jkollha biss effett wara li l-iSpeaker ikun ġie notifikat b’dan. L-iSpeaker għandu, fl-ewwel okkażjoni li jkun hemm, jinnotifika lill-Kamra, jew, jekk il-Kamra ma tkunx qed tiltaqa’, lill-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra.
(5) Abbozzi ta’ liġi tal-Gvern li jintbagħtu quddiem kumitat permanenti, għandhom jiġu qabel ix-xogħol l-ieħor tal-kumitat permanenti u għandhom ikunu kkonsidrati, kemm-il darba ma jiġix ordnat mod ieħor mill-Kamra, f’dak l-ordni li l-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra jista’ jistabbilixxi.
It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - 2022)
Laqgħat